Left arrow Go Back

Skolasajf - Programm Kreattiv għall-Istudenti

pr0799
Date Icon 29/05/2006

Madwar 4,000 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja, u indipendenti,  jipparteċipaw fi Skolasajf kull sena. Jieħdu sehem ukoll madwar 300 studenti Universitarji li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kapijiet, assistenti kapijiet, għalliema; bħala ko-ordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf. 

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol is-Sur Frans Borg nieda l-ħdax-il edizzjoni tal-programm Skolasajf. Il-programm Skolasajf joffri l-opportunità lil studenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom.  Skolasajf toffri wkoll l-opportunita’ lil ġenituri ta’ l-istudenti, speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal.

Skolasajf 2006 ser tiftaħ il-bibien tagħha bejn it-Tlieta, 18 ta’ Lulju, u t-Tnejn 11 ta’ Settembru 2006, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00 a.m. u 12.00 p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti).  Iċ-ċentri tas-Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.

Is-Sur Borg qal li t-tema magħżula għal din is-sena hija “Flimkien Favur L-Ambjent”. Se niffukaw fuq l-oqsma ta’ Tagħlim, Apprezzament u Inizzjattivi.

Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-‘facilitator’ se jkollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali se jkollhom programmi apposta.

Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu.  Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.

L-applikazzjonijiet għal skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel Primarji jew inkella minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni www.education.gov.mt   L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-iskejjel fejn t-tfal ikunu se jattendu, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju.  Hemm ħlas nominali ta’ Lm 5 għal kull tifel jew tifla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow