IL-PRIM IMĦALLEF JATTENDI GĦAL KOLLOKWJU U ASSEMBLEA ĠENERALI F’LEIPZIG IL-ĠERMANJA
Il-Prim Imħallef Vincent De Gaetano jinsab Leipzig, fil-Ġermanja, fejn qed jattendi l-assemblea ġenerali annwali ta’ l-Association of the Councils of State and Supreme Administrative Jurisdictions of the European Union kif ukoll l-Għoxrin Kollokwju organizzat minn din l-Assoċjazzjoni. Malta hija rrapreżentata fuq l-Assoċjazzjoni mill-Qorti ta’ l-Appell bħala l-għola qorti f’Malta f’materja ta’ dritt amministrattiv.
Kemm l-assemblea ġenerali kif ukoll il-kollokwju qed jinżammu Leipzig fuq stedina tal-Qorti Federali Amministrattiva tal-Ġermanja.
Il-kollowkju, li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, ser jiddiskuti rapport, imħejji mill-Professur Dott. Rudiger Rubel, Imħallef tal-Qorti Federali Amministrattiva tal-Ġermanja, fuq it-tema National Road Planning and European Environmental Legislation. Aktar kmieni din is-sena, l-Assistent Ġudizzjarju Dott. Marse-Ann Farrugia ħadet sehem fix-xogħol li wassal għal dan ir-rapport.
Fost is-suġġetti li ser jiġu diskussi matul l-assemblea ġenerali hemm l-estensjoni tan-network ta’ informazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar il-liġi tal-Komunita` Ewropea. Aktar kmieni dan ix-xahar saret laqgħa fi Trier, fil-Ġermanja, u li għaliha attendew l-Imħallef David Scicluna u l-Assistent Ġudizzjarju Dott. Anthony Ellul, dwar din l-Information Network.
Matul l-assenza tal-Prim Imħallef, l-Imħallef Joseph David Camilleri jkun Aġent Prim Imħallef.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958