Skejjel fil-Kulleġġ tal-Kottonera b’Ħidma Flimkien Favur it-Tfal u l-Komunità tal-Kottonera
pr0789
26/05/2006
| L-iskola | sekondarja tas’-Subien Lorenzo Gafà, li jifforma parti mill-Kulleġġ tal-Kottonera illum nieda maratona ta’ 51 siegħa ta’ logħob tal-billiard (pool) bl-iskop li jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Bormliża Persuni b’Diżabilità, organizzazzjoni mill-Kottonera stess, li tagħmel xogħol importanti fost il-persuni b’diżabilità mit-tlett ibliet. Il-Maratona ġiet inawgurata mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea u se tibqa sejra sal-Ħadd 28 ta’ Mejju f’nofsinhar. |
| Din | l-attività hi biss parti minn sensiela ta’ attivitajiet li din il-ġimgħa saru fil-Kulleġġ tal-Kottonera, li jiġbor fih l-iskejjel primarji ta’ Bormla, Birgu, l-Isla u l-Kalkara u l-iskejjel sekondarji tas-subien Lorenzo Gafà, il-Junior Lyceum tas-Subien Verdala, u l-iskola sekondarja tal-bniet Erin Serracino Inglott. Minn din is-sena skolastika dawn l-iskejjel ingħaqdu flimkien fi ħdan il-Kulleġġ tal-Kottonera li hu wieħed minn tliet kulleġġi li qed jaħdmu bi prova, wara li s-sena li għaddiet il-Gvern ippubblika d-dokument dwar ir-riforma fl-edukazzjoni “Biex Uliedna Jirnexxu Ilkoll”. Iż-żewġ kulleġġi l-oħra huma dak ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop u l-iskejjel tal-madwar u l-Kulleġġ ta’ Għawdex li jinkludi l-iskejjel kollha ta’ l-istat f’Għawdex. |
| l-attivitajiet | fil-Kulleġġ tal-Kottonera bdew nhar it-Tnejn li għadda, b’attivitajiet sportivi għall-iskejjel primarji kollha. Fost l-attivitajiet ewlenin kien hemm ġimgħa dedikata lill-kotba u l-qari, laqgħat għall-ġenituri, preżentazzjonijiet mill-kunsilli lokali lill-iskejjel tal-Kulleġġ, attività sportiva fil-kumpless sportiv tal-Kottonera bil-parteċipazzjoni tal-ġenituri, mixjiet u treasure hunt, żjarat mill-iskejjel primarji fl-iskejjel sekondarji bl-iskop li jsiru midħla ta’ dawn l-iskejjel minn kmieni, workshops għand l-Aċċess, żjarat fil-Palazz ta’ l-Inkwiżitur, ġurnata ddedikata lit-teknoloġija, wirja dwar ix-xjenza, tournament ta’ l-istreet soccer, tal-billiard u tiġrija mill-iskola Lorenzo Gafà għall-Junior Lyceum tal-Verdala. |
| Fi | kliem il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea, dawn huma biss ftit mill-attivitajiet li qed jagħmlu dawn l-iskejjel flimkien u qed jidher ċar li anke fil-Kottonera l-iskejjel qed jaraw il-vantaġġi tal-ħidma flimkien fi ħdan il-kulleġġ u qed jaħdmu bi ħġarhom għall-benefiċċju ta’ l-istudenti u l-komunità tal-Kottonera. |
| Louis | Galea qal li meta tintemm din is-sena skolastika se jibda x-xogħol fil-Junior Lyceum tal-Verdala biex l-iskola tinbena mill-ġdid u jkollha l-aqwa faċilitajiet bħal ma sar fil-Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Subien u kif qed isir bħalissa fil-Junior Lyceum tal-Ħandaq. Louis Galea qal li anke l-kulleġġi privati u tal-knisja qed iħarsu b’mod pożittiv lejn il-Kulleġġi ta’ l-Istat, fil-Kottonera kemm id-De La Salle College u s-St. Edward’s College qed jissieħbu f’attivitajiet tal-Kulleġġ tal-Kottonera biex b’hekk in-networking bejn l-iskejjel ikompli jinfirex u jitjieb. |
| Kull | skola tellgħet wirja ta’ xogħlijiet u l-istudenti żaru dawn il-wirjiet. L-istudenti ta’ l-iskejjel primarji tas-sitt sena mhux biss żaru l-iskejjel sekondarji imma ipparteċipaw f’lezzjonijiet waqt dawn iż-żjarat. |
| Fi | kliem il-Ko-ordinatriċi tal-Kulleġġ is-Sinjorina Salvina Muscat, il-ħidma bejn l-iskejjel tal-kulleġġ qed tagħti ħafna riżultati pożittivi u qed twassal biex l-iskejjel flimkien jimxu ’l quddiem. Is-Sinj. Muscat qalet li hekk kif l-għalliema u l-kapijiet ta’ l-iskejjel bdew jiltaqgħu, bdew jiffurmaw rabtiet konkreti bejn l-iskejjel u dan wassal biex l-iskejjel verament iħossuhom parti mill-kulleġġ tal-Kottonera u parti minn tim ta’ professjonisti bi skopijiet komuni. Il-qofol ta’ dan kollu spikka waqt taħriġ professjonali li sar fil-ġranet li għaddew għall-għalliema kollha li jaħdmu f’dan il-kulleġġ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958