Left arrow Go Back

Tisbiħ ta’ x-Xemxija Promenade

pr0788
Date Icon 26/05/2006
Bisħab ma’ diversi Kunsilli Lokali, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura wettaq u qed iwettaq diversi xogħlijiet ta’ tisbiħ madwar Malta kollha bl-iskop li kull lokalita` tingħata dehra isbaħ bl-inqas spiża possibbli.  Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit meta żar xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq il-promenade tax-Xemxija.
Il-proġettta’ tisbiħ tal-promenade tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, juri b’mod qawwi kif finanzjament konġunt u b’kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Gvern Ċentrali u dak Lokali, tista’ tissarraf fi proġetti siewja u ta’ kull natura. Bħal ma sar fl-ewwel fażi, wara li saru d-disinji u l-pjanti mill-Kunsill Lokali u nħargu l-permessi, seta’ jinbeda x-xogħol fuq it-tieni fażi. Ix-xogħlijiet fuq it-tieni fażi jkopru minn ħdejn ir-roundabout tal-Pwales sa ħdejn il-Knisja tax-Xemxija.
L-esekuzzjonitax-xogħlijiet proposti qegħdin isiru skond ftehim ma’ l-Kunsill Lokali, fejn il-Gvern qiegħed jipprovdi l-ħaddiema neċessarji għat-twettiq tal-proġett permezz tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.  Filwaqt li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għamel il-preparattivi neċessarji, inkluz id-disinji u l-permessi tal-MEPA, u fil-fażi ta’ l-esekuzzjoni qiegħed jipprovdi l-materjal kollu.
Il-MinistruZammit spejga li x-xogħlijiet ta’ din it-tieni fażi nbdew lejn l-aħħar tas-sena 2005 u hu pprogrammat li dawn jitlestew fil-granet li ġejjin.  Ix-xogħlijiet jinkludu l-qlugħ tal-bankini eżistenti, l-kostruzzjoni ta’ bankini ġodda għal tul ta’ madwar 1600 metru, bil-pavimentar ta’ precast blocks, li jkopri area ta’ madwar 4000 metru kwadru, hand railing tal-ħadid iggalvanizzat bil-bollards tal-konkos li fuqhom se jiġu nstallati arbli għad-dawl dekorattiv, storm water pipe culverts għal immaniġġjar ta’ l-ilma tax-xita, bankijiet u parkingarea għal vetturi.
Id-disinnta’ dan il-proġett sar b’tali mod li l-karreġġjati ta’ t-traffiku ser ikunu definit aħjar skond ir-regolamenti, u filwaqt li ser jinħolqu aktar spazji għall-ipparkjar tal-vetturi għal konvenjenza tal-pubbliku, it-triq tkun aktar sikura għal pedestrians li jiffrekwentaw din il-promenade.  L-aspett ta’ sikurezza tal-pedestrians kif ukoll ta’ l-persuni b’disabilita` ingħataw l-importanza meħtieġa billi sejrin jiġu pprovduti numri ta’ pelican lights u rampi ta’ aċċess.
Dinit-tieni fażi tal-proġett hi stmata li se tiswa s-somma globali ta’ Lm76,000 li minnhom il-Kunsill Lokali ser joħroġ madwar Lm42,000 f’materjal filwaqt li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni se jesegwixxi xogħol għal valur ta’ madwar Lm34,000.  Fil-preżent, ix-xogħol miexi b’ritmu tajjeb u l-proġett wasal fl-aħħar fażijiet.
It-tisbiħf’żona frekwentati mill-pubbliku in ġenerali u t-turisti li jżuruna huma dejjem ta’ prijorita` għal Gvern u dan jixhdu l-ammont konsiderevoli ta’ xogħlijiet li saru fl-aħħar tlett snin, kompla l-Ministru Ninu Zammit.  Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, permezz tar-riżorsi umani fi ħdanu, wettaq diversi xogħlijiet relatati ma’ dawn iż-żoni bħal Paceville, Dawret il-Gżejjer f’Bugibba, il-Bajja ta’ San Tumas, u x-Xgħajra.  Matul ix-xhur li ġejjin se jitkomplew u jinbdew diversi xogħlijiet oħra fosthom il-promenade ta’ Wied Babu, Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk, il-promenade ta’ Ta’ Xbiex, u l-promenade ta’ Għar id-Dud f’tas-Sliema.
B’investimentta’ ‘l fuq minn Lm2 miljuni mifruxa fuq tlett snin saru numru ta’ proġetti f’żoni turistiċi u dawn twettqu kollha mill-ħaddiema u l-professjonisti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fejn bil-kontribut ta’ kulħadd pajjiżna qed jingħata dehra aħjar bl-inqas spiża possibbli, temm jgħid il-Ministru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow