Left arrow Mur Lura

IL-KAPPELLA TA’ SAN BERT FIŻ-ŻURRIEQ

pr0768
Date Icon 24/05/2006
Ir-restawr u l-konservazzjoni ta’ d-diversi kappellimxerrdin ma’ Malta qed isiru bi programm stabbilit b’riżorsi umani speċjalizzati u limitati fi ħdan il-Ministeru.  Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta kien qed iżur l-aħħar fażi ta’ xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ San Bert fiż-Żurrieq.
Danix-xogħol ikompli jgħaqqad il-katina ta’ diversi xogħlijiet ta’ restawr li saru fl-aħħar tliet snin b’mod partikolari fuq kappelli u monumenti storiċi.  Il-Ministru elenka lista twila ta’ xogħlijiet li saru fosthom restawr fuq il-Kappella ta’ Ċwerra fis-Siġġiewi, ta’ San Ġakbu fiż-Żurrieq, ta’ San Ġakbu f’Ħal-Luqa, ta’ Marija Madalena f’Ħad-Dingli, ta’ Santa Katerina fl-Imqabba, Santa Katerina fil-Gudja, il-Kappella ta’ Santu Rokku fl-Imdina u l-Kappella tal-Vitorja fil-Belt Valletta.
Meta kien qed jispjega x-xogħlijiet u l-interventili qed isiru fuq il-Kappella ta’ San Bert, il-Ministru Zammit qal li l-akbar ħsara fil-Kappella tikkonsisti f’kisja cement li ġiet applikata fuq il-ħitan ta’ barra fuq l-ewwel tmien filati.  Peress li din il-kisja għalqet il-pori tal-ġebla, b’rizultat li  l-umdita` bdiet tiela ’l fuq, dan issa jrid jitneħħa kollu.  Sfortunatament taħt is-cement instab it-tbaqqin li wkoll ikun għamel ħafna ħsara, u li sikwit jirriżulta li l-ġebla skulturata tkun tilfet ħafna mill-forma oriġinali tagħha.
Biex seta’ jsir dan kollu u peress li l-Kappella hita’ ċertu għoli, intrema scaffolding mad-dawra kollha.  Il-proċess ta’ restawr jikkonsisti fit-tneħħija tas-cement kollu bil-paċenzja, bil-galbu u bl-idejn sabiex ma ssirx iżjed ħsara, u l-ġebel skulturat reġa’ ingħata l-forma oriġinali tiegħu billi ġie ffurmat b’taħlita ta’ tajn apposta. Il-fili l-miftuħa reġgħu ġew imkaħħla kollha mad-dawra kollha tal-Kappella.  Il-koppla u l-bejt kellhom xi ħsarat u qed jissewwew kif ukoll jingħataw kisja deffun.  Ha jsiru wkoll xi trinek b’kooperazzjoni ma’ l-Enemalta biex titjieb is-sistema tad-dawl u jitneħħew xi wires minn mal-kappella.
Ix-xogħol inbeda fil-bidu ta’ April 2006 u mistennili jitlesta sa l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena peress li għad baqa’ jsir restawr fuq l-aktar ħajt li għandu ħsara.
Xogħlijiet ta’ din in-natura jeħtieġu riżorsi umanispeċjalizzati fuq is-sengħa tal-bini u r-restawr, u għaldaqstant il-Ministeru bħalissa għaddej b’taħriġ lill-ħaddiema u nħarġu applikazzjonijiet apposta sabiex is-sezzjoni tar-Restawr tkun mgħammra b’ħaddiema kompetenti fil-qasam tar-restawr.
Is-sezzjoni tar-restawr, bħal sezzjonijiet udipartimenti oħra fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, għaddejja b’ħidma kontinwa favur il-konservazzjoni ta’ bini storiku. Matul din is-sena qegħdin u se jkunu qed jiġu mwettqa numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fosthom il-Kappella ta’ Santa Lucija fl-Imtarfa, il-Kappella ta’ San Girgor fiż-Żejtun, beda x-xogħol fuq il-Kappella ta’ Ċeppuna fil-Marsa, għaddej ix-xogħol fuq il-Knisja ta’ Sarria fil-Furjana u hu pprogrammat li jsir xogħol fuq il-Kappella ta’ San Bażilju u San Mikiel fl-Imqabba, u l-proġett ta’ konservazzjoni fil-Knisja l-qadima tas-Siġġiewi.
Il-Ministru temm jgħid li l-Gvern preżenti veramentjemmen fil-kapaċitajiet ta’ riżorsi umani fi ħdan is-Servizz Pubbliku.   Fl-aħħar tlett snin il-Ministeru nvesta f’xiri ta’ apparat u makkinarju u f’taħriġ lill-ħaddiema fid-diversi snajja’.  Dan kollu sar bil-għan li l-ħaddiema jkunu attrezzati bl-aħjar mod possibbli u llum qed jiġi msarraf f’xogħlijiet imwettqa fi żmien stipulat fuq livelli għolja ta’ kwalita’ u bl-inqas spiża teknikament possibbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow