Left arrow Mur Lura

KAMPANJA FAVUR IS-SAĦĦA U S-SIGURTA` WAQT XOGĦOL TA’ KOSTRUZZJONI

pr0761
Date Icon 23/05/2006

L-operat ta’ l-industrija tal-kostruzzjoni huwa wieħed ta’ ċertu riskji u għaldaqstant is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol humna essenzjali li jiġu mħarsa sabiex jiġu evitati inċidenti. Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit meta żar sit tal-kostruzzjoni bħala parti minn kampanja edukattiva favur is-saħħa u s-sigurta`.

Hu kompla billi qal li l-ideja wara din l-inizjattiva tikkonsisti fi żjarat li l-BICC, fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, bi ħsiebu jniedi f'diversi siti ta' kostruzzjoni madwar Malta u Għawdex, bl-iskop li jeduka lill-ħaddiema dwar saħħa u sigurta'. Matul dawn iż-żjarat, li se jsiru bil-kollaborazzjoni tal-kuntratturi u s-sidien ta' dawn is-siti, se jingibdu filmati waqt li l-ħaddiema jkunu qed jesegwixxu x-xogħol.

Dawn il-filmati se jintwerew lill-ħaddiema aktar tard matul il-ġurnata tax-xogħol, bl- iskop li jkunu edukati l-istess operaturi. Matul dawn il-filmati, il-ħaddiema jingħataw struzzjonijiet kif jistgħu joperaw aħjar, filwaqt li l-istess ħaddiema se jkollhom l-opportunita' li jagħmlu d-domandi tagħhom lill-esperti tal-BICC. Il-Ministru tenna li se jkun spjegat lill-ħaddiema, kif ukoll lil min iħaddem, l-obbligi legali dwar saħħa u sigurta' kif preskritti mil-liġijiet Maltin li tħejjew fil-qafas tad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.

Din l-inizjattiva qed issir wara sejħa pubblika sabiex dawk interessati jipparteċipaw f'din l-iskema minghajr l-ebda obbligu finanzjarji. L-intiża wara din l-inizjattiva hi purament waħda edukattiva, fejn qed tingħata lill-ħaddiema Maltin jingħataw taħriġ dwar saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit qal li din l-inizjattivi tifforma parti minn kampanja wiesgħa ta' edukazzjoni favur saħħa u sigurta' li qed iniedi il-BICC għas-sena 2006.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow