KJARIFIKA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U KULTURA
B’riferenza għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret il-bieraħ wara nofsinhar fejn is-Sinjura Grace Borg, akkumpanjata mill-kantant Keith Camilleri – li fil-Eurovision Song Contest irrappreżenta lill-Isvizzera – ippretendiet li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech jitlob apoloġija għal dak li ġara fl-ajruport il-bieraħ fil-għodu, meta l-kantant Fabrizio Faniello irritorna Malta mill-Greċja, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jixtieq jippreċiża dan li ġej:
• Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech tela’ l-ajruport biex, kif għamel fis-snin l-imgħoddija, jilqa’ l-kantant li rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest;
• Meta l-Ministru kien għadu fl-ajruport talab liċ-Chairperson tal-Malta Song Board is-Sur Robert Abela biex javviċina lil Keith Camilleri sabiex ikun jista’ jifraħlu u jawguralu;
• Hekk kif il-Ministru Zammit Dimech mar biex isellem lis-Sur Camilleri, is-Sinjura Grace Borg bdiet tgħajjat u tixhir “Issa tridu tersqu lejh” u ġibditu lura;
• Meta ra dan l-atteġġjament il-Ministru Zammit Dimech żamm il-kalma u kompla bl-impenji tiegħu.
Quddiem atteġġjament deplorevoli ta’ din ix-xorta għandha tkun is-Sinjura Borg li titlob apoloġija u mhux viċi-versa.
Is-Sinjura Borg għandha titlob apoloġija wkoll lill-poplu Malti kollu talli wara li rriżenjat minn Chairperson tal-Malta Song Board bdiet, bi ksur ta’ kull regola ta’ etika, tgħin fir-rappreżentanza ta’ nazzjon ieħor f’kompetizzjoni ma’ l-istess pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958