IL-PRIM MINISTRU JERĠA JSOSTNI LI L-PROĊESS TA’ AĠĠUSTAMENT TAL-KONFINI TA’ L-IŻVILUPP HUWA WIEĦED TRASPARENTI
Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi jerġa’ jsostni li l-proċess ta’ aġġustament tal-konfini ta’ l-iżvilupp huwa wieħed trasparenti u maħsub biex jiġu ndirizzati ċerti anomaliji u inġustizzji li rriżultaw mill-iskemi proviżorji ta’ l-1988.
Il-Kabinett fassal, skond il-liġi, kriterji ċari u li huma ppubblikati biex ikun żgurat li l-proċess ikun ġust u mhux skond l-uċuh. Dawn il-kriterji kienu ikkomunikati lill-MEPA u wara analiżi tat-talbiet kollha li kienu ilhom pendenti, ġie stabbilit mill-Awtorità liema minnhom jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji. Issa l-pubbliku qed jingħata xahar u nofs żmien biex jagħti l-veduti tiegħu dwar dak li ġie propost li jidhol u dak li ġie propost li jitħalla barra.
Wara din il-konsultazzjoni, il-MEPA tressaq il-proposti finali tagħha lill-Gvern għad-diskussjoni u d-deċizjoni tal-Parlament.
Hija tal-mistħija u irresponsabbli kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jagħmel akkużi fl-arja u bla bażi għal opportuniżmu politiku, minflok ma jressaq provi konkreti.
Hija sfortuna li għal darb’oħra, l-Opożizzjoni minflok ma tagħti sehmha fi proċess sensittiv li l-Parlament għandu dmir li jikkonkludi, qiegħda tagħmel minn kollox biex tfixkel dan il-proċess.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958