Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JERĠA JSOSTNI LI L-PROĊESS TA’ AĠĠUSTAMENT TAL-KONFINI TA’ L-IŻVILUPP HUWA WIEĦED TRASPARENTI

pr0751
Date Icon 21/05/2006

Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi jerġa’ jsostni li l-proċess ta’ aġġustament tal-konfini ta’ l-iżvilupp huwa wieħed trasparenti u maħsub biex jiġu ndirizzati ċerti anomaliji u inġustizzji li rriżultaw mill-iskemi proviżorji ta’ l-1988.  

Il-Kabinett fassal, skond il-liġi, kriterji ċari u li huma ppubblikati  biex ikun żgurat li l-proċess ikun ġust u mhux skond l-uċuh. Dawn il-kriterji kienu ikkomunikati lill-MEPA u wara analiżi tat-talbiet kollha li kienu ilhom pendenti, ġie stabbilit mill-Awtorità liema minnhom jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji. Issa l-pubbliku qed jingħata xahar u nofs żmien biex jagħti l-veduti tiegħu dwar dak li ġie propost li jidhol u dak li ġie propost li jitħalla barra.  

Wara din il-konsultazzjoni, il-MEPA tressaq il-proposti finali tagħha lill-Gvern għad-diskussjoni u d-deċizjoni tal-Parlament. 

Hija tal-mistħija u irresponsabbli kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jagħmel akkużi fl-arja u bla bażi għal opportuniżmu politiku, minflok ma jressaq provi konkreti.  

Hija sfortuna li għal darb’oħra, l-Opożizzjoni minflok ma tagħti sehmha fi proċess sensittiv li l-Parlament għandu dmir li jikkonkludi, qiegħda tagħmel minn kollox biex tfixkel dan il-proċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow