Left arrow Mur Lura

Kjarifika mid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali dwar l-ezenzjoni fuq is-surcharge

pr0743
Date Icon 19/05/2006

B’riferenza għall-artiklu li deher fil-ħarġa ta’ ‘l-Orizzont’ tas-16 ta’ Mejju, 2006 intitolat “Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jaqta’ għadd ta’ benefiċċji bl-addoċċ”, u għal rapporti oħra li dehru fil-medja Maltija, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq jiċċara dan li ġej:

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jafferma b’mod sod li s-sistema li qed tintuża sabiex wieħed jieħu eżenzjoni fuq is-surcharge, hija waħda ċara. Kif ġie spjegat drabi oħra b’mod pubbliku, fir-rigward tar-rebate fuq il-meter u l-eżenzjoni mill-ħlas tas-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, trid issir applikazzjoni apposta li tista’ tinkiseb mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment imxerrda ma’ Malta u Għawdex.

Dawk li diġà jgawdu mill-imsemmi rebate m’hemmx għalfejn jagħmlu applikazzjoni oħra għall-eżenzjoni mis-surcharge. Persuna tikkwalifika għal dan ir-rebate u eżenzjoni kemm-il darba tissodisfa ‘test’ tal-mezzi (means test). Il-kriterji ta’ dan it-’test’ huma stabbiliti fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318).

Il-Gvern iddeċida li jestendi din l-eżenzjoni lill-familji li għandhom xi membru tal-familja dipendenti minnha, li tbati minn xi kundizzjoni jew marda. Dawn il-kriterji huma li d-dħul ta’ din il-familja m’għandux ikun aktar minn Lm13,270 fis-sena u li, b’kawża tal-kundizzjoni jew marda, jkun hemm konsum eċċessiv ta’ l-elettriku. Sabiex talba bħal din  tintlaqa’ hemm bżonn, naturalment, ta’ dokumentazzjoni medika li tissostanzjaha. Huwa għalhekk li, kif ġie rrappurtat li qalet l-Onor. Marie Louise Coleiro, saru telefonati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lil xi familji li għamlu talba għall-eżenzjoni, fejn din id-dokumentazzjoni kienet nieqsa.

F’uħud mir-rapporti kien hemm ukoll imsemmija l-kwistjoni ta’ frodi ta’ benefiċċji.

L-ewwel nett, importanti li wieħed jifhem illi n-numru ta’ 2,300 li nqatgħu minn fuq il-lista ta’ dawk li kienu jieħdu r-‘rebate’ fuq il-meter tad-dawl u l-ilma, ma nqatgħux fuq bażi ta’ rapporti anonimi, kif wieħed ingħata x’jifhem minn dak li gie rrapurtat li qalet l-Onor. Coliero. Dan sar wara eżerċizzju minn naħa tad-Dipartiment li minnhu rriżulta li dawn il-familji ma kienux aktar jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikomplu jibbenefikaw minn dan ir-’rebate’.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiċħad li qed jinqatgħu benefiċċji soċjali fuq sempliċi rapport anonimu. Fejn id-Dipartiment jirċievi xi rapport, kemm anonimu u kemm mhux, dwar abbużi, isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u l-ħlas tal-benefiċċju jitwaqqaf biss fejn jirrizulta mill-provi miġbura minn dan l-istħarriġ, li l-benefiċċju ma kienx dovut, jew li kien qed jittieħed b’abbuż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow