Left arrow Go Back

Kunċert Kommemorattiv fil-Katidral ta’ l-Imdina

pr0742
Date Icon 19/05/2006

L-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, aċċettat li tagħti l-patronċinju tagħha għal kunċert kommemorattiv li ser isir fil-Katidral ta’ l-Imdina biex jitfakkar il-ħamsin anniversarju mill-bidu ta’ l-iskema tas-sigurtà soċjali f’Malta.

Dan il-kunċert qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral ta’ l-Imdina u jittella’ nhar is-Sibt, 27 ta’ Mejju, fis-7.30 ta’ filgħaxija. Il-pubbliku huwa ġentilment mistieden jattendi għal dan il-kunċert u d-dħul huwa b’xejn. 

Żgur li dawk li jħobbu l-mużika klassika ser jieħdu ġost bil-programm imħejji, li jinkludi xogħlijiet ċelebrattivi għal sopran, tromba u orgni ta’ Bach, Handel, Stanley, Clarke, Mozart, Caccini, Franck, Mascagni, u Verdi. Ser jieħdu sehem John Aquilina fuq l-orgni, is-Sopran Jacqueline Micallef Grimaud u Michael Pulis bit-tromba.  Il-kunċert idum madwar 70 minuta u l-pubbliku huwa mitlub ikun f’postu sas-7.20 p.m.

Dawk kollha li jixtiequ jużaw it-trasport pubbliku biex jattendu għal dan il-kunċert jistgħu jirkbu fuq ix-xarabank tar-Rabat bin-numru 80, 81 u 84. Għal aktar informazzjoni dwar il-kunċert, wieħed jista’ jċempel lill-Assistant Direttur tal-Customer Care fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq 2590-3233.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow