European Enterprises Award
Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni qiegħed iniedi l-fażi nazzjonali ta’ l-għażla ta’ nominazzjonijiet għall-“European Enterprise Awards”. Sottomissjonijiet rigward inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn jistgħu jsiru f’ħames kategoriji:
Entrepreneurial Trailblazer Award: Għal promozzjoni ta’ kultura u ta’ ħsieb intraprenditorjali
Enterprise Support Award: Għal politika nnovattiva li tinkoraġġixxi l-intraprenditorija u tħajjar l-investiment
Red Tape Reduction Award: Għal miżuri meħuda biex jissimplifikaw proċeduri amministrattivi li jiltaqgħu magħhom in-negozji partikolarment dawk li jkunu għadhom ser jibdew
Investment in People Award: Għal inizjattivi li jinkoraġixxu inizjattivi li jtejbu t-taħriġ u l-edukazzjoni fl-interprenditoriji
Responsible Entrepreneurship Award: Għal inizjattivi favur prattiċi kummerċjali sostenibbli u responsabbli
L-aħjar żewġ sottomissjonijiet jiġu nominati biex jirrappreżentaw lil Malta fil-fażi Ewropea tal-“European Enterprise Awards”.
Eliġibilita’
Awtoritajiet lokali u Public Private Partnerships huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom u jinkludu l-inizjattivi li għandhom jiġu kkunsidrati għal dan il-premju.
Dettalji
Applikazzjonijiet u aktar informazzjoni jinkisbu mill-website tal-Ministeru, www.mcmp.gov.mt, jew mingħand is-single point of contact nazzjonali Mr Saviour Farrugia, Direttur Servizzi ta’ Kummerċ, Diviżjoni għall-Kummerċ fuq in-numru tat-telefon: 25690202 jew e-mail: saviour.a.farrugia@gov.mt
Applikazzjonijiet jintlaqgħu fid-Diviżjoni għall-Kummerċ, Lascaris, Valletta sal-31 ta’ Mejju, 2006 bejn it-8.00 u 12.30p.m, u s-2.00p.m u l-4.00p.m għall-attenzjoni ta’:
Godwin Warr, Direttur Ġenerali Kummerċ
Chairman, Bord ta’ Selezzjoni
European Enterprise Awards
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958