Left arrow Go Back

Xogħol ta’ restawr fiċ-Ċittadella t’Għawdex

pr0731
Date Icon 17/05/2006

Bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr fuq il-ħajt esterjuri fuq in-naħa tal-majjistral taċ-Ċittadella t’Għawdex. Ix-xogħol, li qed isir permezz ta’ fondi tal-Ministeru għal Għawdex, jinvolvu l-konsolidazzjoni ta’ parti mis-swar, il-bini mill-ġdid ta’ parti minn din in-naħa tas-swar li kienet iġġarrfet, it-tneħħija u l-bdil ta’ ġebel li ġarrab ħsara mill-elementi li jippermetti, biex fost l-oħrajn, jerġgħu jiġu stabiliti dettalji oriġinali tas-swar kif mibnija fis-seklu sbatax.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex żaret ix-xogħlijiet illum waqt li ħaddiema tal-Gvern kienu jinsabu għaddejjin bil-ħidma tagħhom ta’ restawr. Il-Ministru Debono qalet li x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa juru kif il-Gvern jista’ jutilizza r-riżorsi preżenti tiegħu għall-benefiċċju ta’ siti ta’ patrimonju lokali bħaċ-Ċittadella sabiex dawn jiġu ppreservati mhux biss għall-iskop kulturali imma wkoll dak turistiku.

Ix-xogħlijietta’ restawr li għaddejjin bħalissa qed isiru kollha kemm huma permezz ta’ riżorsi tal-Ministeru għal Għawdex fosthom permezz tal-ħaddiema mpjegati mal-Ministeru li għandhom is-sengħa fil-bini u fir-restawr, il-provvista ta’ materjal u l-iscaffolding kollu meħtieġ.
Il-MinistruDebono qalet li matul dawn l-aħħar snin, iċ-Ċittadella t’Għawdex rat diversi nterventi ta’ restawr inkluż ir-restawr komplet tar-Ravellin, it-titjib ta’ partijiet fuq ġewwa tas-swar, it-tindif regolari tas-swar minn pjanti u ħaxix, u l-protezzjoni ta’ flora endemika, b’tip minnhom misjuba li teżisti biss fiċ-Ċittadella t’Għawdex.
Il-MinistruDebono qalet li minbarra x-xogħol viżibbli li għaddej bħalissa fiċ-Ċittadella, dan is-sit qiegħed jibbenefika wkoll minn proġett b’fondi mill-programm Kultura 2000 li qed isir flimkien ma’ Sqallija u Kreta. Il-proġett, intitolat “Conservation and Integrated documentation of fortified Towns through Advanced Digital Elaboration Systems (CITADELS)” jinvolvi membri ta’ l-istaff tal-Ministeru għal Għawdex (Dipartiment Proġetti u Żvilupp) u tal-Ministeru għar-Riżorsi u Nfrastruttura (Taqsima ta’ Restawr) fil-ħolqien ta’ database permezz ta’ l-informatika li tagħti nformazzjoni dettaljata dwar iċ-Ċittadella, inkluż is-swar, l-arkitettura militari, il-bini, l-ispazji miftuħa u l-fdalijiet, fost l-oħrajn. L-informazzjoni miġbura se sservi bħala bażi għal kull tip ta’ immaniġġjar, konservazzjoni jew intervent meħtieġ għaċ-Ċittadella.
L-ewwelfażi tal-proġett CITADELS, jiġifieri l-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni u l-iżvilupp ta’ mudell tri-dimensjonali tad-daħla taċ-Ċittadella fis-seklu sbatax tlesta iktar kmieni u selezzjoni rappreżentattiva minn dan kollu qiegħda tintwera f’wirja fiċ-Ċentru tas-Snajja’ fiċ-Ċittadella. It-tieni fażi, li għaddejja bħalissa tikkonsisti fil-ħolqien ta’ sistema web-based li tippromwovi l-informazzjoni miġbura.
Il-MinistruDebono qalet li x-xogħlijiet li għaddejjin fuq iċ-Ċittadella bħalissa qed jindirizzaw ftit mill-ħtiġijiet ta’ dan is-sit uniku għall-wirt kulturali t’Għawdex, pero’ il-Ministeru għal Għawdex irid jinvesti iktar fiċ-Ċittadella u bħalissa qiegħed jipprepara pjan ta’ azzjoni għat-tul kif ukoll pjan ta’ immaniġġjar li jagħti attenzjoni iktar iffukata għall-ħtiġijiet ta’ dan il-ġojjell fil-patrimonju tal-gżira.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow