‘GO MOBILE’ TISPONSORJA PARTI MILL-PARK NAZZJONALI TAS-SALINA
Bl-għajnuna tal-Go Mobile, illum ġiet inawgurata sezzjoni ġdida fil-Park Nazzjonali tas-Salina, fejn tħawwlu madwar 1,000 siġra u arbuxell. Dan it-tħawwil ta’ siġar huwa parti mill-kampanja Tree For You (34U) li nieda l-Gvern għall-afforestazzjoni f’Malta u li permezz tagħha se jgawdi l-poplu kollu.
L-estensjoni tal-Park Nazzjonali tas-Salina saret fuq art abbandunata li l-Gvern ħa f’idejħ għal wieħed mill-proġetti ta’ afforestazzjoni. Meta jitlesta l-proġett kollu tas-Salina, il-park se jkun ħames darbiet akbar minn Kennedy Grove kif nafuħ illum.
Il-park se jinkorpora fiħ żona ta’ wetland, żona rikreattiva għall-picnics, żona għal-logħob u ġnien formali li parti minnu ġie sponsorjat mill-Go Mobile, u li issa nfetaħ għall-pubbliku.
Meta ġie ppreżentat bid-donazzjoni għat-tħawwil tas-siġar fis-Salina mis-Sur Peter Gauci, Deputy CEO tal-Go Mobile, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qal li: “Ta’ min ifaħħar l-inizjattiva, l-impenn u l-investiment tal-Go Mobile fl-ambjent Malti. Jiena nappella biex kumpaniji oħra jieħdu l-eżempju tal-Go Mobile u kumpaniji oħra li taw il-kontribut tagħhom għat-tħawwil ta’ aktar siġar.”
Huwa rringrazzja wkoll lis-Sindku u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għall-għajnuna li qed jagħtu fix-xogħlijiet li għaddejjin fuq dan is-sit. Din is-sena beda t-taħwil ta’ madwar 11,000 siġra fis-siti ta’ Xrobb l-Għaġin, il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, is-Salina u l-Mellieħa.
Dawn il-proġetti huma xhieda ta’ l-impenn tal-Gvern biex iżid iż-żoni bis-siġar u s-siti għar-rikreazzjoni u t-tgawdija tal-familji Maltin. “Aħna lkoll nafu l-benefiċċji li jħallu s-siġar fuq l-ambjent, mhux biss għad-dehra estetika tal-pajjiż imma wkoll, u iżjed importanti, għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini,” qal il-Ministru Pullicino.
“L-afforestazzjoni hija prijorità fuq l-aġenda tal-gvern, għad li dan mhuwiex proġett tal-gvern imma tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Huwa wkoll inkoraġġanti li kumpaniji qegħdin jinvestu fl-ambjent bħala parti mir-responsabbiltà soċjali tagħhom.”
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958