Left arrow Go Back

“Standardizazzjoni tfisser kwalita’, organizazzjoni u sigurta’ għall-konsumaturi, kif ukoll tgħina ntejjbu l-kwalita’ tan-negozji tagħna” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0725
Date Icon 17/05/2006

“Ma nistgħux naslu li nagħlqu negozji bl-iskuża ta’ l-istandards, iżda lanqas ma nistgħu naċċettaw li jkollna sidien ta’ negozji li jibqgħu jżommu lura milli jaċċettaw li jagħmlu l-bidliet meħtieġa biex jilħqu ma’ l-istandards meħtieġa.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo qal dan waqt konferenza dwar kif in-negozji żgħar Maltin jistgħu jieħdu vantaġġ mill-istandardizzazzjoni organizzata mill-GRTU. 

L-Onor. Vassallo kompla jgħid li “biex niggarantixxu is-suċċess tan-negozji ż-żgħar tagħna rridu naraw li l-uffiċjali li jippromwovu l-istandards ikunu uffiċjali li filwaqt li jaraw li ċertu livelli ta’ kwalita’ u standards jiġu osservati, ma jkollhomx mentalita’ li ma tippermettix lin-negozji tagħna jaħdmu.  Iż-żewġ estremi huma ħżiena.  Il-burokratiku jrid jifhem aktar ir-rwol tiegħu ta’ edukatur, filwaqt li nifhmu li l-edukazzjoni għandha l-limiti tagħha, u minn naħa l-oħra, sid in-negozju jrid jifhem ukoll id-dmirijiet tiegħu. 

“Fl-aħħar snin rajna bidliet u ristrutturar isiru f’ħafna negozji.  Illum il-ġurnata nistgħu naraw li negozji li għamlu r-ristrutturar illum qegħdin fuq quddiem nett tat-tellieqa kompetittiva.  Min żamm lura u baqa’ bi proċeduri antiki qiegħed jidher antik. 

“Issa li għaddew sentejn, x’qiegħda tfisser l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea għas-sidien tan-negozji tagħna b’relazzjoni ma’ l-issue ta’ standards?  Illum sħubija saret tfisser aktar speċjalizzazzjoni, iżda wkoll aktar spejjez.  Tfisser aktar kwalita’, iżda wkoll aktar spezzjonijiet, tfisser aktar negozji li jeċċellaw iżda wkoll żieda fil-valur tal-manifattura. 

“L-opportunitajiet kummerċjali u industrijali żdiedu, iżda rridu nifmhu aħjar: 

1.         Kif nistgħu nkunu aħjar fl-implimentazzjoni ta’ standards

2.         Kif ser norganizzaw l-enforcement tagħna f’numru ta’ oqsma meta f’pajjiżna diġa’ għandna l-ewwel fażi ta’ learningexperience

“Il-Gvern u n-negozji ż-żgħar issa jridu jaħdmu id f’id biex: 

1.         L-enforcement officers tagħna għandhom jagħrfu li issa li diġa għandna n-negozji tagħna kollha konxji ta’ xi standards iridu jilħqu u ħafna minnhom diġa laħqu dawn l-istandards, ma jistgħux jibqgħu jippruvaw jaraw kif iħarrku akkost ta’ kollox.

2.         Għandna naraw fejn għandna standards maħruġa minn Awtoritajiet differenti li huma konfliġġenti għal xulxin u ma nħallux li dawn jibqgħu hekk.

3.         Isisr aktar pooling ta’ l-enforcement biex ikun hemm aktar organizazzjoni fl-enforcement u fil-kampanji ta’ l-edukazzjoni.

4.         Dawk in-negozji li jkunu qegħdin jaħarbu minn dmirijiethom fir-rigward ta’ l-osservazzjoni ta’ standards, għandhom ikunu dixxiplinati permezz ta’ l-għaqdiet tan-negozji.

5.          Isiru l-emendi tal-liġijiet biex ikunu nklużi l-esperjenzi li għaddew f’dawn is-sentejn.

6.          L-emendi tal-liġijiet għandhom jirriflettu l-proċeduri u l-ħtiġijiet ta’ min qiegħed fin-negozju. 

“Fuq kollox irridu naraw li jkollna regolamentazzjoni li tiżgura l-kwalita’ tal-prodotti tagħna u s-sigurta’ tal-konsumaturi, filwaqt li tgħin lill-imprendituri tagħna fix-xogħol tagħhom,”  temm is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow