Left arrow Mur Lura

ATTRAZZJONI GHALL-MALTIN U L-BARRANIN

pr0716
Date Icon 16/05/2006

Il-Malta Jazz Festival din is-sena ser jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Lulju. Il-Festival ser jiġi organizzat mill-NnG Productions f’isem il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. 

Fl-ewwel jum tal-Festival, il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju se jieħdu sehem il-Chris Spiteri Band, Thabani u The Original  - Blues Brother b’Eddie Floyd bħala mistieden speċjali. Fit-tieni jum, is-Sibt 22 ta’ Lulju se jipparteċipaw Emily Bezar, Tunnels bil-parteċipazzjoni ta’ Percy Jones u l-Bill Brutford’s Earthworks bil-parteċpazzjoni ta’ Tim Garland. Fl-aħħar jum tal-Festival, il-Ħadd 23 ta’ Lulju se jieħdu sehem Renzo Spiteri flimkien ma’ mistiedna speċjali, Ian Ritchie’s – Soho  Project u Alan Parsons – Live Project.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda l-Malta Jazz Festival 2006 waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet. Hu qal li dan il-Festival hu avveniment importanti fil-kalendarju sajfi ta’ pajjiżna. Hu qal li dan kien ta’ attrazzjoni sew għall-Maltin li kienu jħobbu din it-tip ta’ mużika kif ukoll għall-barranin li jkunu fostna biex iqattgħu l-btajjel tas-sajf. “Il-festival hu wkoll opportunità għal dawk kollha li jħobbu l-mużika biex jiltaqgħu u jqattgħu flimkien tliet serati mill-isbaħ taħt is-swar tal-Port il-Kbir fejn l-istorja tintagħġen ma’ l-arti biex tħalli esperjenza li bħalha diffiċli jkollok f’pajjiżi oħra,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-Festival issa ilu jittella’ għal dawn l-aħħar 16-il sena. Hu qal li fih tiġi ppreżentata mużika jazz li hi meqjusa bħala waħda mill-iżjed espressjonijiet mużikali raffinati u ta’ eċċellenza.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li din is-sena qegħdin inwettqu wkoll esperjenza ġdida. Hu qal li filwaqt li sa sena ilu dan il-festival kien jittella’ mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, minn din is-sena l-Malta Jazz Festival kien qed jiġi organizzat minn kumpanija privata li għandha esperjenza fl-organizazzjoni ta’ kunċerti u li ġabet artisti prominenti f’pajjiżna. 

“Filwaqt li l-Gvern qiegħed jinvolvi dejjem aktar lill-privat fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet li jkunu fuq skala nazzjonali fl-istess waqt irridu li dawn l-attivitajiet jkomplu joffru  l-opportunità lil artisti Maltin sabiex joħorġu t-talenti tagħhom. Il-Gvern irid ukoll li dawn il-festivals ikunu vetrina ħajja ta’ attivitajiet immirati lejn li ntejjbu u ngħollu l-prodott Malti biex inkunu nistgħu nikkompetu ma’ destinazzjonijiet oħra fil-qasam turistiku,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li f’sinerġija ma’ l-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu qed insaħħu il-bejgħ ta’ dan il-Festival barra minn xtutna għax nemmnu li dan il-festival għandu potenzjal fost dawk li jżuruna. Il-Ministru Zammit Dimech radd ħajr lil Charles ‘City’ Gatt għall-mod kif bena dan il-festival u għad-dedikazzjoni u l-viżjoni tiegħu. Hu awgura kull suċċess lil NnG Productions li se jidħlu għall-organizazzjoni ta’ dan il-Festival. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow