PUNTI MID-DISKORS TA’ L-ONOR. DOLORES CRISTINA MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-KUMMISSJONI NAZZJONALI TAL-FAMILJA FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IL-FAMILJA – 15 .05.2006
§ L-ewwel nett, nixtieq insellem lil ommijiet kollha, b’tifkira tax-xogħol siewi li jagħmlu mat-tfal tagħhom. Nhar il-Ħadd kien Jum l-Omm, iżda nafu li ma kienux l-ommijiet kollha li setgħu jifirħu f’din il-ġurnata ddedikata lilhom.
§ Nixtieq niffoka fuq il-wellbeing tal-familja: Il-familja illum il-ġurnata qed isibu li jkollhom jiffaċjaw diffikultajiet fit-trobbija tat-tfal, u dan għal ħafna raġunijiet.
§ Il-ħajja kif konna nafuha u l-ħajja llum huma ferm differenti. Għalhekk, inbidlu wkoll ir-rwoli.
§ Għaddejna minn żmien fejn tajna ħafna mportanza lid-drittijiet ta’ l-individwu u din hija xi ħaġa tajba. Tkellimna dwar id-drittijiet u l-interessi tat-tfal imma naħseb li issa wasal ukoll iż-żmien li nitkellmu dwar ir-responsabiltà tat-tfal. Hemm bżonn li nedukaw lit-tfal tagħna biex jagħrfu li r-responsabiltà mhijiex biss piż. Trobbija tajba tfisser bilanċ bejn adult fir-rwol ta’ ġenitur u adult fir-rwol ta’ ħabib.
§ Il-familja hi l-pedament ta’ pajjiżna. Ngħarfu li hawn stili ta’ ħajja differenti bejniethom u kulħadd irid jidħol fil-politika tal-pajjiż. Irridu nibnu ambjent tajjeb, kemm jekk qed nitkellmu dwar l-edukazzjoni, l-impenn finanzjarju, l-aspett spiritwali u wkoll ħajja mimlija saħħa. Irridu noħolqu aktar servizzi u policies li, għalkemm attwalment jeżistu u huma tajbin, dejjem hemm lok ta’ żvilupp u titjib. Jekk għandna politika għal kollox, għaliex m’għandniex ikollna waħda għall familja ukoll.
§ Eżempju ta’ prattika tajba huwa dak li naraw f’ċerti parroċċi fejn xi familji jgħinu fit-tmexxija ta’ familji oħra li jsibu ruħhom ’sitwazzjonijiet diffiċli. Dan żgur huwa eżempju b’saħħtu ta’ impenn fil-komunità.
§ Importanti nifhmu li biex nieħdu ħsieb it-tfal, hemm bżonn li nieħdu ħsieb il-ġenituri, u l-ewwel nies li jridu jifhmu dan huma l-ġenituri nfushom.
§ Nagħlaq billi nirringrazzja x-xogħol siewi li qed tagħmel il-Kummissjoni Nazzjonali Familja, u b’mod speċjali insellem liċ-Chairperson Angela Abela. Il-Kumissjoni qed tagħmel xogħol ta’ wara l-kwinti li qed iwassal għal ħafna rapporti utili sabiex l-Gvern ikompli jiżviluppa l-politika tiegħu fil-ħarsien tal-familja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958