Left arrow Mur Lura

Mhux ser ikun hemm aktar kwoti ta’ esportazzjoni tal-patata u dan għax issa Malta hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea

pr0710
Date Icon 15/05/2006
Din is-sena kellnatemp kiesaħ matul ix-xitwa, u din tista’ taffetwa xi ftit il-miri tagħna fl-esportazzjoni tal-patata għalkemm jidher li hawn suq tajjeb. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, Dr. Francis Agius.
Dr. Agius kompla jgħidli hu nfurmat li din is-sena l-istaġun ta’ l-esportazzjoni ser jittawwal sakemm il-packhouses jibqa’ jkollhom id-domanda minn barra minn Malta . Dan huwa possibbli għall-fatt li mhux ser ikun hemm aktar kwoti ta’ esportazzjoni u dan għax issa Malta hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-kesħa ġabetmagħha xi diffikultajiet li kellna fil-bikri u li setgħu naqqsu l-produzzjoni tal-patata. Din is-sena l-patata lokali qed tiġi esportata lejn l-Olanda, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Isvizzera, u lejn ir-Renju Unit. Dan huwa suq liberu u diġa’ qegħdin nitgħalmu minn dan. Dr. Agius awgura lil dawn il-kumpaniji li sabu niċeċ ta’ swieq ġodda għall-prodott tagħna. Hu spjega kif fattur ieħor importanti hu, li anke dik il-patata rqiqa sabet is-suq tagħha. Dan ifisser li minflok li l-bidwi jieħu lura dik il-patata rqiqa li tgħaddi mill-għarbiel, issa qiegħed jesportaha wkoll. Dan ifisser aktar dħul għall-bidwi.
L-indikazzjonijiethuma li l-prodott Malti sejjer tajjeb fis-Supermarkets fejn qed nesportaw, qal Dr. Agius, peress illi tejjibna l-kwalita’ tal-prodott. Illum Malta tesporta taħt il-Protokoll tal-Eurepgap, li qed jiġi ffinanzjat mill-Gvern Malti li minnu qed igawdi l-bidwi Malti. Il-Gvern flimkien ma’ l-importatur Olandiż, ħallas ukoll għal kampanja ta’ reklamar ħalli l-patata mkabbra lokalment tkompli ssaħħaħ is-suq taghha u dan biex jibbenefika minnu l-bidwi Malti u Ghawdxi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow