Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JIKKUNDANNA ATTI TA’ INTIMIDAZZJONI

pr0707
Date Icon 13/05/2006

F’isem il-Gvern u l-poplu Malti, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jikkundanna bl-akbar qawwa u mingħajr ebda riserva, l-atti ta’ intimidazzjoni li twettqu dan l-aħħar fil-konfront ta’ individwi li wħud minnhom huma involuti fil-kamp ġurnalistiku Malti, waqt li oħrajn jaħdmu fil-qasam relatat ma’ l-immigranti.  

Filwaqt li juri solidarjeta’ mal-vittmi kollha ta’ dawn l-atti kriminali, il-Prim Ministru jerġa jtenni l-kundanna kontra kull forma ta’ intimidazzjoni, speċjalment jekk din tkun instigata minn elementi marbuta ma atitudni razzista. 

Il-Gvern iwiegħed l-impenn sħiħ tal-forzi ta’ l-ordni biex jinstabu l-persuni li huma responsabbli għal dawn l-atti kriminali. Fl-istess ħin, il-Gvern jistenna li kull min jista’ jikkontribwixxi sabiex jinqabdu l-kriminali li qed iwettqu dawn l-atti, jagħmel dmiru u jagħti sehmu. L-isforz tal-poplu kollu huwa meħtieg sabiex nissalvagwardjaw il-valuri li huma s-sinsla tal-poplu Malti u Għawdxi. 

Il-Prim Ministru jrid jafferma mill-ġdid l-impenn sħiħ tal-Gvern sabiex ikompli jibni soċjeta’ msejsa fuq ir-rispett lejn kull bniedem u d-drittijiet tiegħu, it-tolleranza u s-solidarjeta’.     

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow