Left arrow Mur Lura

Ħaddiem tas-Sena fl-Isptar Monte Carmeli

pr0703
Date Icon 12/05/2006

F’ċerimonja ta’ premjazzjoni quddiem udjenza numeruża li saret illum fl-isptar Monte Carmeli, is Sur Joe Galea intgħażel minn fost il-ħaddiema ta’ dan l-isptar bħala l-Ħaddiem tas-sena 2005. 

I-Sur Joe Galea huwa Deputy Nursing Officer u jaħdem fid-Dual Diagnosis Unit ta’ l-istess sptar.  F’din is-sezzjoni jiġu kkurati pazjenti li barra problemi mentali jbatu wkoll minn problemi kkaġunati minn teħid ta’ droga. 

Is-Sur Galea ilu jaħdem f’din is-sezzjoni sa mit-twaqqif tagħha u matul dan iż-żmien ħa ħafna inizjattivi li bihom setgħet titjieb il-kwalità’ ta’ ħajja tal-persuni fdati f’idejh. 

Din hija t-tielet sena li dan il-premju qiegħed jingħata. Din is-sena kienu għaxra l-ħaddiema li ġew nominati għal dan il-premju.  Dawk li ġew nominati ġejjin minn diversi taqsimiet fl-isptar bħalma huma t-taqsima ta’ l-infermiera u tal-manutenzjoni.  Nominati oħra jagħmlu xogħol ta’ terapija, xogħol amministrattiv jew ta’ supervizzjoni. 

Il-Bord ta’ l-Għażla kien magħmul mis-sur Michael Sultana bħala Chairman u mis-sinjuri Renato Agius Muscat, Anthony Camilleri u Liana Caruana Colombo bħala membri. 

Matul din is-serata ta’ premjazzjoni ngħataw tifkira wkoll dawk il-ħaddiema li kienu jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli u li rtiraw mix-xogħol matul l-2005. 

Il-premju ta’ l-aħjar ħaddiem tas-sena ġie ippreżentat  lis-sur Joe Galea mill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Louis Deguara li faħħar il-ħidma u l-impenn tal-ħaddiema.  Huwa qal li f’dan l-isptar għaddejjin bidliet kbar kemm fil-mod kif qiegħed jiġi amministrat l-isptar kif ukoll fil-kura li qed tingħata fejn qiegħed isir ħafna xogħol f’kura li tingħata fil-komunità. 

Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Helen D’Amato.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow