Left arrow Mur Lura

L-Onor. Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, jagħmel żjara uffiċjali lid-Dipartiment tal-Kuntratti

pr0700
Date Icon 12/05/2006

L-Onor. Tonio Fenech, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, illum għamel żjara uffiċjali fid-Dipartiment tal-Kuntratti, liema żjara hija marbuta wkoll mal-preparazzjoni ta’ dan id-dipartiment għall-ħruġ u aġġudikazzjoni ta’ ‘tenders’ marbuta mal-‘budget’ tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013. 

Tonio Fenech qal li l-Gvern ilu jipprepara għal dan il-Budget tal-Unjoni Ewropea, u ħafna drabi ssemma’ fl-aħbarijiet u fil-media kemm se tibbenefika Malta minn dan il-budget, kif ukoll fuq x’tip ta’ proġetti ser jintefqu dawn il-flus.  Issa huwa magħruf li Malta se tibbenefika minn 805 miljun ewro. Il-Gvern għamel diversi konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati, inklużi l-korpi kostitwiti u l-pubbliku in ġenerali, sabiex jisma’ u jieħu idejat ta’ kif għandhom jintefqu dawn il-flus. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li, il-proċess li fih jiġu magħżula l-proġetti li fuqhom se jintefqu l-flus huwa importanti, iżda dan il-proċess jinkludi wkoll tħejjijiet oħra daqstant importanti li permezz tagħhom dan il-proċess ikun aktar effettiv u effiċjenti. Wieħed minn dawn huwa l-ħruġ ta’ tenders u l-aġġudikazzjoni tagħhom. Huwa propju għalhekk li d-Dipartiment tal-Kuntratti għaddej minn ħidma estensiva biex jiżgura li mill-1 ta’ Jannar 2007, inkunu nistgħu nużaw dawn il-flus bl-aħjar mod u bl-aktar mod effiċjenti. 

Riċentement saru xi emendi fil-Public Contracts Regulations biex dawn jiġu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll sar xi tibdil fil-Procurement Regulations tal-Gvern, sabiex it-thresholds għal ħruġ ta’ l-offerti (tenders) minn dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern ikunu konformi ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea. 

Tonio Fenech semma’ wkoll li d-Dipartiment innifsu, permezz anke tal-impjegati tiegħu, qed jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex ikun preparat għal dan l-influss fi ħruġ ta’ offerti (tenders).  

L-istaff tad-Dipartiment qed jiġi ttrenjat fejn ikun hemm bżonn biex b’hekk l-‘expertise’ fil-qasam ta’ l-offerti (tenders) kbar tkun garantita. Id-dipartiment tal-kuntratti għandu madwar 40 impjegat preżentement li jippubblika medja ta’ 40 offerta fix-xahar. Matul l-2005 ġew aġġudikati 25 miljun Lira Maltin u 20 miljun ewro f’offerti (tenders), inklużi dawk il-proġetti co-finanzjati mill-Unjoni Ewropea. 

Matul iż-żjara uffiċċjali tiegħu fid-Dipartiment tal-Kuntratti, l-Onor. Tonio Fenech iltaqa’ wkoll mal-ħaddiema tad-Dipartiment, kif ukoll mal-Kumitat tal-Kuntratti fejn iddiskuta aktar fid-dettal dawn il-bidliet li semma’.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow