IPPUBLIKAT RAPPORT TA’ IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-PROGRAMM TA’ ĦIDMA ‘ĠUNJU 2005 – ĠUNJU 2006’: BL-IŻVILUPP TA’ L-IMPRENDITORIJA F’PAJJIŻNA NSOSTNU N-NEGOZJU U NOĦOLQU MPIEGI ĠODDA
“Wara l-publikazzjoni ta’ Pjan ta’ Ħidma s-sena li għaddiet, issa qed nuru x’wettaqna permezz ta’ ħidma mifruxa mal-Gvern kollu, ikkordinata mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed. Din il-ħidma wasslet għal sinerġija li permezz tagħha f’pajjiżna s-self employed u s-sidien ta’ negozji żgħar kienu parti essenzjali mill-istimolu meħtieġ sabiex ġew iġġenerati mpiegi ġodda f’pajjiżna.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha nieda r-rapport ta’ implimentazzjoni ‘Il-Gvern Viċin is-Self Employed u n-Negozji Żgħar – x’Wettaqna’, sabiex jagħti rendikont tal-ħidma tal-Gvern tul is-sena Ġunju 2005-6 favur in-negozji żgħar u s-self employed.
L-Onor. Vassallo semma, fost l-oħrajn dawn is-suċċessi li fihom issarfet din il-ħidma:
1) Eżerċizzju ta’ komunikazzjoni kontinwu mas-settur kummerċjali permezz ta’ 46 laqgħa li fihom ġew mistiedna 59 lokalitajiet.
2) Is-Segretarjat ġie mgħoti r-responsabilta’ li jikkordina l-Programm Nazzjonali għall-Imprenditorija.
3) Ġie ffinalizzat program edukattiv biex jintroduċi l-imprenditorija fl-iskejjel primarji.
4) Ġiet imsaħħa l-ħidma fil-qasam edukattiv ta’ l-imprenditorija flimkien ma’ SCOOPS, Young Enterprise, Start-Up Malta u SIFE.
5) Ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn is-Segretarjat u l-MCAST., u qegħdin isiru laqgħat ma’ l-istudenti tal-aħħar sena fl-Istituti kollha tal-MCAST.
6) Sar l-ewwel kwestjonarju għal 2483 student li spiċċaw mill-MCAST sabiex jiġi magħruf kemm minn dawk l-istudenti li temmew l-istudji tagħhom fetħu in-negozju tagħhom.
7) Saret il-kampanja edukattiva ‘Għid Grazzi’ fuq livel nazzjonali maħsuba biex twassal il-messaġġ li min qiegħed fin-negozju irid ikun ta’ servizz.
8) Flimkien mal-Malta Enterprise, ġie mniedi l-Proġett Discover Enterprise li jipprovdi għajnuniet finanzjarji sabiex skejjel jidħlu fi proġetti ta’ l-imprenditorija.
9) Il-KBIC joffri opprortunitajiet loġistiċi u finanzjajri għal startups innovattivi. Dawn jinkludu grants, mentoring, taħriġ u għajnuna fil-business planning.
10) Ġew organizzati korsijiet għall-adulti dwar l-imprenditorija flimkien mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni Żgħażagħ u Xogħol. Attendew 60 imprenditur li diġa’ għandhom in-negozju tagħhom.
11) Il-Malta Enterpise offriet 26 seminar għal intrapriżi.
12) Ġew organizzati 10 Modules taħt il-Programm INT tal-ETC.
13) Ġie approvat il-Partial Review ta’ l-iStructure Plan mill-Parlament sabiex sitt siti jingħataw permess għall-izvilupp u fuqhom jinbew industrial parks għal negozji żgħar.
14) Il-MEPA rċeviet l-applikazzjonijiet għall-permessi ta’ l-izvilupp li jkopru mal-85 tomna art u li jipprovdu mal-405 unit sabiex negozju żgħar ikunu jistgħu jaħdmu fihom.
15) Ġie ffinalizzat investiment ta’ Lm3 miljuni fiż-Żoni Industrijali tal-Ħandaq, l-Imrieħel, Ħaż-Żebbuġ u l-Mosta, fejn ser jiġu garantiti mat-3,000 impieg.
16) Bejn Mejju 2005 u Marzu 2006 il-Business Care Unit fid-Diviżjoni għall-Kummerċ ikun iltaqa’ ma’ 8,408 klijent (bejn telefonati u żjajjar personali).
17) Ġie ppublikat l-Avviż Legali 1 tal-2006 dwar ir-Regolamenti tal-Liċenzi tal-Kummerċ li kompla issemplifika l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzi.
18) Ġie mħejji abbozz għall-Avviż Legali 119 tal-2002 dwar ir-Regolamenti tas-Swieq fil-Beraħ u abboz ieħor dwar l-attivitajiet kummerċjali li jeħtieġu permess mill-Kunsill.
19) Issaħħet il-ħidma ta’ komuunikazzjoni mas-setturi tal-bejjiegħ tal-laham, tal-ħut, ta’ l-għasel u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika (sanita’).
20) Il-Malta Enterprise offriet skemi ta’ grants ta’ Lm2,500 b’fondi mill-Unjoni Ewropea lil negozji li iridu jikkonformaw ma’ direttivi Ewropej dwar HACCP.
21) L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ikompli l-eżerċizzji ta’ Impact Assessment.
22) Budget 2006 bla taxxi ġodda.
23) Twaqqfet il-Better Regulation Unit fi ħdan il-Management Efficiency Unit.
24) Simplifikazzjoni tal-proċeduri fil-qrati u proċeduri aktar effettivi maħsuba biex jgħinu fil-ġbir ta’ kreditu. Dawn il-proċeduri ġew imħabbra mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern, Dr. Tonio Borg u s-Segretarju Parlamentari Dr. Carmelo Mifsud Bonnici.
25) Bdiet konsultazzjoni għal emendi fil-kodiċi kummerċjali mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Dr. Carmelo Mifsud Bonnici flimkien ma’ dan is-Segretarjat.
26) Il-Ministeru għal Affarijiet Barranin jirrikonoxxi lis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed bhala l-kuntatt ewlieni tan-Negozji Żgħar fi ħdan il-Forum Malta fl-Ewropa.
27) Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat ħa sehem f’diversi fieri u wirjiet biex jippromwovi l-artiġjanat Malti.
28) Ġie konkluż l-eżerċizzju li permezz tiegħu 93 inkwilin ingħataw konvenju għal 65 ċens fil-proġett għall-bini ta’ villaġġ ta’ l-artiġjanat ta’ Ta’ Qali li ser ikun jiswa madwar Lm7 miljuni.
29) Il-Ministeru għat-Toroq u Progetti Urbani beda l-proċess ta’ tħejjia għal ħruġ tat-tenders f’Ta Qali.
30) Ġiet ikkordinata ħidma mal-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura għal tindif fiż-żoni industrijali u f’Ta’ Qali, filwaqt li l-istess Ministeru kompla l-ħidma tiegħu biex jagħmel isbaħ pjazez ta’ bliet u irħula Maltin u minn dawn il-proġetti gawdew iċ-ċentri kummerċjali fl-ibliet u l-irħula tagħna.
31) Ġiet ikkordinata ħidma mal-Ministeru responsabbli mit-toroq li wasslet biex aktar toroq f’Albert Town u f’Ħal Qormi, fejn hemm konċentrazzjoni ta’ negozji, jkunu mgħotija t-tarmak
32) Tnieda l-Proġett Kickstart maħsub biex jipprovdi għajnuniet loġistiċi u finanzjarji għal negozji li qed juzaw l-IT.
33) Twaqqaf l-EU Programmes Access Network for Micro-Firms biex jippromwovi l-Konsulenti li qegħdin jaħdmu fuq proġetti tal-Unjoni Ewropea
34) Hija l-mira tal-Gvern li sa l-aħħar tal-2006, 300 self employed ikunu ħadu sehem fi programmi iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea
35) Bdiet inizjattiva speċjalizzata biex numru ta’ negozji żgħar jiġu mgħejjuna iwaqfu export houses u oħrajn mgħejjuna jespandu l-attivita’ kumerċjali tagħhom fi swieq ta’ l-Unjoni Ewropea.
36) Il-Ministeru tal-Finanzi waqqaf it-Tax Review Commission
37) Saru laqgħat mal-BOV u l-HSBC bil-hsieb li jkunu mtejba l-inizjattivi fl-aċċess finanzjarju għal negozji żgħar.
38) Tnieda l-BOV Pack for Micro Firms
39) Twaqqfet in-National Euro Changeover Committe (NECC) sabiex il-bidla mil-Lira Maltija għall-Ewro issir mingħajr xkiel fuq in-negozju bl-inqas spejjeż possibli.
40) Is-Segretarjat inħatar membru ta’ l-Advisory Board ta’ l-iStrategija Nazzjonali għar-riċerka u l-Innovazzjoni ikkordinata mill-MCST sabiex aktar negozji żgħar ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar minn fondi għal riċerka u innovazzjoni.
41) Il-Ministeru għall-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informatika ippubblika lista ta’ operaturi fl-ICT lokali bl-iskop li jirreklama l-industrija ta’ ICT barra minn Malta.
42) Qed issir ħidma ma’ l-MTA f’eżerċizzju ta’ identifikazzjoni ta’ issues li jolqtu mill-qrib negozji żgħar f’dan is-Settur
43) Ġie iffirmat Memorandum of Understanding ma’ l-assoċjazzjonijiet ta’ rappreżentanti tas-settur kummerċjali u ta’ min iħaddem li huma GRTU, FOI, Kamra tal-Kummerċ, MHRA, Malta Employers Association u l-Malta Insitute of Management
L-Onor. Vassallo qal li “wieħed irid jifhem li meta qed nitkellmu fuq self-employed u negozji żgħar fl-aħħar mill-aħħar qegħdin nitkellmu fuq setturi differenti ta’ nies bi ħtiġijiet differenti fl-attivita’ kummerċjali tagħhom. Dan ifisser li, per eżempju, l-ħtiġijiet ta’ l-artiġjana huma differenti minn dawk ta’ mekkanik jew ta’ bejjiegħa tal-laħam jew tal-ħut. Dawn huma differenti wkoll mill-ħtiġijiet ta’ dawk fl-industija tal-manifattura bħalma huma fabbriki żgħar, u differenti minn dawk li qegħdin fis-servizzi, kemm jekk huma bajjada jew jipprovdu xi forma ta’ servizz ta’ konsulenza. Dawn kollha huma negozji żgħar u kollha għandhom il-ħtiġijiet tagħhom. Il-Gvern irid jibqa’ viċin ta’ dawn in-negozji kollha għaliex jinteressah is-suċċess ta’ dawn in-negozji kollha.”
Is-Segretarju Parlamentari kompla billi qal li “l-ħidma tal-Gvern, kif jixhed dan id-dokument, hija mmirata għal diversi nies, b’diversi ħtiġijiet differenti. Hija ħidma li qed issir b’mod kollettiv iżda li hi ffukata fejn ikun meħtieġ u mitlub”.
“Minkejja din il-ħidma hekk vasta u effettiva li żammet lill-Gvern viċin is-self employed u s-sidien tan-Negozji Żgħar, jiena konxju u sodisfatt li dawn is-self employed u s-sidien dejjem jistennew aktar minn Gvern Nazzjonalista għaliex jafu li huwa Gvern li tista’ tistenna dejjem aktar mingħandu. Dan għal kuntrarju ta’ dak li jigri mal-Partit Laburista, fejn in-negozji għandhom qalbhom maqtugħa minnu” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958