Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-PRIM MINISTRU TAL-FINLANDJA U WARA JIPPARTEĊIPA FIR-RABA’ SUMMIT BEJN L-UNJONI EWROPEA, L-AMERIKA LATINA U L-KARIBEW

pr0685
Date Icon 10/05/2006

Il-Prim Ministru Dott. Lawrence Gonzi bħalissa jinsab f’Ħelsinki l-Finlandja, fejn illum għandu taħdidiet mal-Prim Ministru, l-Onor. Matti Vanhanen bi preparazzjoni għall-Presidenza Finlandiza tal-Kunsill Ewropew li tibda fl-1 ta’ Lulju 2006. 

Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Europea, Richard Cachia Caruana, Leonard Callus mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Philippa Gingell Littlejohn mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, 

Minn Helsinki, d-delegazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru ser tmur Vienna biex tipparteċipa fir-raba’ Summit bejn l-Unjoni Ewropea, l-Amerika Latina u l-Karibew.   

Qabel ma tela’ Helsinki, l-Prim Ministru akkumpanjat mis-Sinjura Gonzi, il-bieraħ ipparteċipa f’ċelebrazzjoni f’Marlborough House, Londra organizzata mis-Segretarjat tal-Commonwealth fl-okkażjoni ta’ għeluq it-80 sena tal-Maesta’ Tagħha r-Reġina Elizabetta II.  Il-Prim Ministru bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Chair  tal-Commonwealth. 

Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta tard il-Ġimgħa fil-għaxija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow