IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-PRIM MINISTRU TAL-FINLANDJA U WARA JIPPARTEĊIPA FIR-RABA’ SUMMIT BEJN L-UNJONI EWROPEA, L-AMERIKA LATINA U L-KARIBEW
Il-Prim Ministru Dott. Lawrence Gonzi bħalissa jinsab f’Ħelsinki l-Finlandja, fejn illum għandu taħdidiet mal-Prim Ministru, l-Onor. Matti Vanhanen bi preparazzjoni għall-Presidenza Finlandiza tal-Kunsill Ewropew li tibda fl-1 ta’ Lulju 2006.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Europea, Richard Cachia Caruana, Leonard Callus mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Philippa Gingell Littlejohn mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin,
Minn Helsinki, d-delegazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru ser tmur Vienna biex tipparteċipa fir-raba’ Summit bejn l-Unjoni Ewropea, l-Amerika Latina u l-Karibew.
Qabel ma tela’ Helsinki, l-Prim Ministru akkumpanjat mis-Sinjura Gonzi, il-bieraħ ipparteċipa f’ċelebrazzjoni f’Marlborough House, Londra organizzata mis-Segretarjat tal-Commonwealth fl-okkażjoni ta’ għeluq it-80 sena tal-Maesta’ Tagħha r-Reġina Elizabetta II. Il-Prim Ministru bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Chair tal-Commonwealth.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta tard il-Ġimgħa fil-għaxija.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958