MAGHZULA IZ-ZEWG KONSORZJA LI MAGHHOM IL-GVERN SER JIBDA DISKUSSJONIJIET GHALL-KONCESSJONI TA’ L-IMMANIGJAR TAL-MERKANZIJA FIL- PORT TAL-BELT VALLETTA
Ġew magħżula iż-żewġ konsorzja li magħhom il-Gvern ser jibda diskussjonijiet għall-konċessjoni ta’ l-immaniġjar tal-merkanzija fil-Port tal-Belt Valletta . Dawn huma il-La Valletta Terminal Co (Malta) Ltd (Salv Bezzina & Sons Ltd, Salvu Meli & Sons Ltd u s-Sur Joseph Paris) u TF Shipping Agencies Limited (Tumas Group Company Ltd, Portek Ports [Mauritius] Ltd, u Portek International Ltd).
Il-kriterji li ggwidaw l-għażla kienu stabbiliti fis-sejħa ta’ proposti, u jinkludu:-
- kriterji tekniċi u operazjonali,
- kriterji fir-rigward tal-pjanijiet strateġici tal-konsorzja u l-proposti tagħhom għall-ingaġġ ta’ ħaddiema eżistenti fil-port, u
- kriterji finanzjarji fir-rigward tal-livell ta’ investiment fl-operazzjoni u fl-iżvilupp tal-faċilitajiet fil-port kif ukoll tal-proposti għat-tnaqqis tat-tariffi għall-imaniġġjar tal-merkanzija fil-port.
Wieħed irid jinnota li dawk kollha li ssottomettew proposta ġew mitluba juru jekk kienux ser jimpjgeaw ħaddiema li diġa’ qed jaħdmu fl-immaniġġjar tal-merkanzija fil-Port il-Kbir. Iż-żewġ konsorzja magħzula ddikjaraw li lesti jħaddmu lil dawk il-ħaddiema li huma indikati fis-sejħa ta’ proposti li kien ħareġ il-Gvern, jiġifieri l-ħaddiema mpjegati mill-Cargo Handling Co. Ltd., kif ukoll id-Delivery clerks u t-Tally clerks.
Il-pass li jmiss huwa li l-kumitat appuntat mill-Ministru ghall-Kompetitivita’ u Komunikazzjoni sabiex jinnegozja għan-naħa tal-Gvern mal-konsorzja magħżula, jibda diskussjonijiet li jridu jwasslu għall-għażla finali ta’ l-operatur għall-imaniġġjar tal-merkanzija fil-Port il-Kbir fil-ġimgħat li ġejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958