Left arrow Mur Lura

Inawgurazzjoni ufficjali ta’ xoghlijiet ta’ Tisbih fi Pjazza San Leonardu u z-Zuntier tal-Knisja f’Ħal Kirkop

pr0676
Date Icon 08/05/2006

Iċ-ċentru tar-raħal huwa l-qofol u l-aktar post prominenti ta’ kull lokalita` f’pajjiżna għax fiha nsibu l-knisja u diversi ċentri kummerċjali fosthom każini tal-baned tal-lokal.  Għaldaqstant huwa xieraq li dawn iż-żoni jiġu msebbħa u mtejba sabiex kemm ir-residenti tal-lokal kif ukoll il-pubbliku u t-turist li jżurhom ikunu jistgħu jammiraw is-sbuħija tal-karatteristiċi tar-raħal Malti. 

Ix-xogħol li sar fi Pjazza San Leonardu flimkien maz-zuntier tal-knisja f’Ħal-Kirkop huwa xhieda ta’ kemm il-Gvern preżenti jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal li kull rokna ta’ pajjiżna għandha x’toffri.  Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit meta l-bieraħ inawgura t-tlestija ta’ x-xogħlijiet ta’ tisbiħ li sar f’Ħal-Kirkop. 

Ix-xogħlijiet li bdew f’Jannar ta’ din is-sena kienu mifruxa fuq żewg naħat fejn wara li nbidel il-madum u l-balavostri taz-zuntier sar ix-xogħol fuq il-pavimentar tal-bankini u l-Pjazza San Leonardu.  Il-madum taz-zuntier li jkopri area ta’ madwar 150 metru kwadru sar tal-granit u ġiet stallata sistema ġdida ta’ dawl li ddawwal il-knisja b’mod li tispikka l-arkitettura tal-faċċata.  Fil-pjazza inbidlu wkoll is-servizzi ta’ l-ilma u drenaġġ, saru l-bankini u wara li ngħata sub-base tal-konkos, din ġiet ippavimentata.  L-area totali tal-pjazza nkluż il-bankini hi ta’ ‘l fuq minn 750 metru kwadru u l-pavimentar sar b’disinn li jikkumplimenta ma’ l-estetika taż-żona.  Il-pjazza se tkun imdawwla permezz ta’ sistema ġdida ta’ dawl ta’ fanali dekorattivi li wkoll jikkumplimentaw ma’ l-aspett ta’ l-irħula Maltin. Tpoġġew ukoll  numri ta’ bankijiet ġodda u tħawlu ħames siġriet tat-tip ‘Sterelitzia Augusta’. 

Ix-xogħol kollu nkluż il-manifattura ta’ l-istreet furniture u l-installazjoni ta’ l-elettriku sar kollu mill-ħaddiema tal-Gvern b’nefqa totali ta’ madwar Lm35,000 li parti minnhom kienu ffinanzjati mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Kirkop.  Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li proġetti ta’ din ix-xorta saru fil-Mellieħa u f’Ħal-Safi; u għaddej xogħol simili ieħor  f’Ħal-Lija u f’Birzebbuġa.  Barra minhekk, hu ppjanat li jsiru l-Pjazza tal-Qrendi, iz-Zuntier taż-Żurrieq u se jibda wkoll ix-xogħol fuq iz-Zuntier u l-madwar tal-Kon Katidral ta’ San Gwann. 

Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit irringrazzja lill-periti u l-ħaddiema li kienu nvoluti f’dan il-proġett kif ukoll lill-Kunsill Lokali li bil-kontribut siewi tagħhom, ix-xogħol twettaq fiż-żmien stipulat u ta’ l-ogħla livelli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow