“IL-KOMUNITA’ TAL-MELLIEĦA TAGHTI VALUR LIL DAK KOLLU LI JAGĦMILNA MALTIN” – IL-PRESIDENT TA’ MALTA FIL-MELLIEĦA
“Il-Mellieħa lokalita’ mill-isbaħ u b’karatteristiċi li jirriflettu l-identita’ tal-poplu Malti permezz ta’ ħidma mill-volontarjat ” qal il-President Eddie Fenech Adami lill-Kunsill Lokali fl-aħħar jum ta’ żjara uffiċjali fil- Mellieħa.
Il-President sostna li l-esperjenza tiegħu fil-Mellieħa kienet pożittiva: il-Mellieħa hija lokalita’ vibranti b’komunita’ li tagħti valur lil dak li jagħmilna Maltin. Iż-żjara fl-iskola Primarja Marija Bambina bl-organizazzjoni u l-armonija tagħha, il- laqgħa li kellu madwar erbgħin organizazzjoni volontarja dedikati għall-ġid tal-komunita’ flimkien ma’ l-esperjenzi ta’ llum il-Ħadd, mill-quddiesa ta’ kmieni sa ż-żjarat fil-każini u għaqdiet sportivi, kulturali u religjużi, seta` jara frott ħidmiet il-mexxejja tagħhom flimkien mal-Kunsill Lokali.
Il-President sostna li n-numru ta’ nies li jattendu l-quddies jixhed li l- Mellieħa għandha l-valuri ta` l-komunita` ħajja madwar il-Knisja u hija solidali.
Il-President Fenech Adami, filwaqt li rringrazzja lis-Sindku s-Sur John Buttigieg u l-Kunsilliera ta’ l-istedina tagħhom, faħħar l-impenn tal-Kunsilliera li filwaqt li jżommu l-armonija bejniethom u bejn il-komunita’, jixhdu li permezz tal-Kunsill Lokali irnexxielhom joħolqu dinamiżmu li hu rifless fid-diversi għaqdiet fil-Mellieħa.
Il-President żar il-Parroċċa Marija Bambina, is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa u l-mużew, il-Mellieħa Nursery fil-ground ta’ Pennellu u l-proġett ta’ biswietu, kif ukoll mal-membri tal-Mellieħa Sports Club, is-Soċjeta’ Filarmonika La Vittoria, il-Banda Imperial, l-Għaqda Korali u Orkestrali Marija Bambina u lill-George Fenech pittur li bl-arti tiegħu qed jimmortalizza ħafna xeni tal- Mellieħa.
Il-President iltaqa’ maż-żgħażagħ tal-Mellieħa fiċ-ċentru parrokkjali kif ukoll ippreżenta t-trofej lil uħud mir-rebbieħa tal-Maratona organizzata mill-Mellieħa Athletics.
Stqarrijiet Oħra:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958