Left arrow Mur Lura

Tinżamm f’Għawdex Konferenza Internazzjonali dwar il-politika Ewropea

pr0673
Date Icon 05/05/2006

F’Għawdex dalgħodu ltaqa’ l-Uffiċċju Politiku tal-Konferenza għal Reġjuni Periferiċi u Marittimi ta’ l-Unjoni Ewropea (CPMR), fejn 60 delegat minn reġjuni differenti ddiskutew suġġetti varji ta’ importanza għar-regjuni. L-istedina sabiex din il-laqgħa ssir f’Għawdex ġiet mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex u Viċi-President tas-CPMR. Il-Konferenza għal Reġjuni Periferiċi u Marittimi ta’ l-Unjoni Ewropea tirrapreżenta l-pajjiżi membri ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea. 

Il-laqgħa bdiet bl-introduzzjoni tal-Ministru Debono li tkellmet dwar l-identita’ distinta tal-gżira t’Għawdex matul iż-żmien, b’mod partikolari matul dawn l-aħħar snin mill-Indipendenza ’l quddiem, fejn minbarra li twaqqfu diversi strutturi reġjonali li jsaħħu d-dimensjoni Għawdxija, il-Gvern waqqaf il-Ministeru għal Għawdex fl-1987 u, iktar riċenti, akkwista trattament speċjali mill-Unjoni Ewropea f’dokument anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni li jirrikonoxxi l-bżonnijiet speċifiċi tal-gżira mill-Unjoni Ewropea. 

Il-Ministru Debono qalet li s-sehem ta’ Għawdex f’fora internazzjonali bħas-CPMR jikkonferma kemm Għawdex għandu leħen, mhux biss fit-tfassil tal-politika lokali imma wkoll dik Ewropea, biex b’hekk Għawdex għandu rwol fil-ħolqien ta’ għarfien ta’ problemi speċifiċi u fit-tfassil ta’ miżuri speċifiċi li jolqtu l-interessi ta’ gżejjer u reġjuni periferiċi bħal Għawdex, fl-isfera internazzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea.  

Waqt il-laqgħa ta’ l-Uffiċċju Politiku, il-membri ddiskutew diversi suġġetti marbuta ma’ l-implimentazzjoni tal-politika Ewropea f’reġjuni periferiċi u marittimi ta’ l-Unjoni Ewropea, fosthom dwar il-Politika Marittima Ewropea li qed tiġi proposta mill-UE, u li mistennija tiġi ppubblikata għad-diskussjoni pubblika iktar tard dan ix-xahar.  

Il-membri ddiskutew ukoll suġġetti rilevanti għar-reġjuni marittimi u periferiċi ta’ l-Ewropa fosthom dwar il-Politika ta’ Koeżjoni għall-2007-2013, dwar l-iżvilupp agrikolu u rurali, it-tema tal-globalizzazzjoni u l-impatt tagħha fuq reġjuni, l-impenji ta’ l-iżvilupp ta’ politika għall-enerġija sostenibbli, il-koperazzjoni internazzjonali, sigurta’ fl-ibħra u temi oħra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow