Left arrow Mur Lura

FONDI MILL-UNJONI EWROPEA GĦAL KAMPANJA TA’ INFORMAZZJONI DWAR L-EWRO

pr0672
Date Icon 05/05/2006

Il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea ffirmaw ftehim li se jwassal sabiex il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla fl-Ewro jibbenefika minn ammont sostanzjali ta’ fondi sabiex matul ix-xhur li ġejjin issir kampanja ta’ informazzjoni dwar il-bidla għall-ewro. Dan il-ftehim ġie ffirmat illum ġewwa Brussell mill-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi u l-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomici u Finanzjarji Joaquin Almunia. 

Din l-għajnuna finanzjarja taħseb sabiex din l-informazzjoni tibda tingħata mix-xahar id-dieħel. Dawn il-fondi se jintużaw primarjament sabiex tiġi ffinanzjata nofs l-ispiża ta’ din il-kampanja u jkunu mpjegati information officers li ser jimplimentaw din il-kampanja edukattiva. Dan il-ftehim huwa validu għal sena u huwa mahsub li jkun hemm negozjati fuq ftehim ġdid is-sena d-dieħla. 

Matul il-ġimgħat li ġejjin, il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla fl-Ewro se jkun qed jintensifika l-ħidma tiegħu bl-għan li jħejji l-pubbliku in ġenerali kif ukoll setturi partikolari tas-soċjetà għal din il-bidla fil-munita. Ser isir kull sforz possibbli sabiex din il-kampanja tolqot lil kulħadd b’metodi differenti li jvarjaw minn programmi fuq ix-xandir, għal pubblikazzjonijiet, website interattiva u laqgħat mal-pubbliku.

Is-setturi identifikati f’din il-kampanja huma l-konsumatur, is-sidien tan-negozji kif ukoll gruppi partikolari li jinkludu l-anzjani, persuni b’diżabilità u t-tfal. Ġie mfassal programm ta’ inizjattivi differenti għal kull settur bl-ghan li l-informazzjoni tasal għand kulħadd bl-aktar mod effikaċi. 

Dan kollu għandu jwassal sabiex il-bidla għall-ewro mhux biss tkun waħda mingħajr skossi iżda jgħinna nagħrfu l-vantaġġi u opportunitajiet kbar li din il-munita Ewropea ġġib magħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow