‘L-GĦAQDIET VOLONTARJI JAGĦTU IDENTITÀ LIL-LOKAL’ – IL-PRESIDENT TA'MALTA
Il-President Eddie Fenech Adami ltaqa` ma` l-għaqdiet volontarji tal-Mellieħa u l-Manikata l-bieraħ fil-għaxija fil-Manikata.
Il-President stqarr li l-laqgħat ma` l-għaqdiet volontarji u skejjel iġibuh viċin il-poplu Malti għax b’ħidmithom juru r-realtà tal-ħajja fil-lokal.
Il-President qal li d-demokrazija hija l-ħajja ta` kuljum, is-soċjetà ċivili magħmula mill-għaqdiet volontarji b’saħħithom li jaħdmu tul is-sena kollha b’ħidmiet varji. Dawn iħaddnu lkoll għan wieħed: dak li jżommu s-soċjetà ħajja. Żied jgħid li l-41 għaqda fil-Mellieħa, wħud minnhom ilhom is-snin jeżistu kif ukoll ħafna oħra li nibtu iktar riċentement, huma sinjal pożittiv li s-soċjeta’ tal-Mellieħa qed tiżviluppa l-valur tas-solidarjetà.
Il-President qal li l-ġid ekonomiku tal-pajjiż huwa importanti, iżda miegħu hemm il-ħtieġa ukoll li l-pajjiż ikun kuntent. Hemm jidħol ix-xogħol ta’ dawn l-għaqdiet volontarji li jiżviluppaw soċjetà ferriħija u bi spirtu ta’ solidarjetà li huwa parti mill-identita’ tal-Poplu Malti.
Huwa rringrazzja lill-għaqdiet li laqgħu l-istedina tiegħu u rrimarka li ħa pjaċir jisma’ kemm hu kbir il-kontribut tagħhom.
Nhar il-Ħadd, 7 ta’ Mejju, 2006 il-President flimkien mas-Sinjura Fenech Adami, ser jagħmel żjara uffiċjali fil-lokalità u jiltaqa` mar-residenti.
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958