“18-IL NEGOZJU FIL-MANIFATTURA TA’ IKEL, XORB, U PRODOTTI KIMIĊI JIPPARTEĊIPAW FI PROGRAMM TA’ L-UNJONI EWROPEA” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
pr0669
04/05/2006
| “Aħna qegħdin niffaċilitaw | il-parteċipazzjoni ta’ negozji Maltin fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, sabiex inwasslu lil dawn in-negozji biex ikunu preparati, permezz tal-ħarsien ta’ standards, biex jesportaw aktar il-prodotti tagħhom fi swieq Ewropej, filwaqt li jtejjbu l-produzzjoni tagħhom fis-suq lokali.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan fil-ftuħ ta’ workshop dwar riċerka fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur fl-ikel u x-xorb, kif ukoll fi prodotti kimiċi, kosmetiċi u farmaċeutiċi. Dan il-workshop ġie organizzat mis-Segretarjat flimkien mal-Europe Direct f’Malta. Kelliem f’dan il-workshop kienu rappreżentanti mill-Institute for Health and Consumer Protection (IHCP) li ġew Malta apposta għal dan il-workshop u li kienu disponibbli biex jitkellmu ma’ dawk kollha li xtaqu xi informazzjoni fuq direttivi u leġislazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq l-IHCP innifsu. |
| Fil-fatt, | waqt il-workshop tkellmu s-Sur D. Kotzias, Direttur ta’ l-IHCP, fl-ewwel kariga uffiċjali tiegħu, is-Sur G. Van den Eede, Unit Head Biotechnology and GMOs, u s-Sur D. Sarigiannis. Tkellmet ukoll ir-rapprezentanta tal-JRCs f’Malta, Lisa Pace. L-Onor. Edwin Vassallo tkellem dwar l-importanza li jkun hemm dawn it-tip ta’ workshops, u qal li “iżjed ma jkun hawn qsim ta’ informazzjoni permezz ta’ parteċipazzjoni fi programmi bħal dawn, iżjed ikollna negozji li jeċellaw fil-kwalità tas-servizzi u l-prodotti tagħhom.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo qal ukoll li “dan is-seminar huwa parti mill-inizjattiva tas-Segretarjat biex aktar negozjanti Maltin jipparteċipaw fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa l-impenn tagħna li 300 imprenditur Malti jipparteċipa fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, u diġà qegħdin inqarrbu l-parteċipazzjoni ta’ 100 imprenditur. Irridu narawkom tkunu lesti biex tespandu. Diġà hawn kumpaniji li huma lesti biex jesportaw, u rridu naraw li aktar negozji jilħqu l-livelli meħtieġa biex ikunu jistgħu joffri l-prodotti tagħhom barra minn xtutna. |
| “Aħna | rridu naslu li jkollna prodotti b’livell ta’ kwalità tajba, li jfisser il-manifattura ta’ prodotti ta’ ċertu standard, u b’hekk inkunu qegħdin noħolqu aktar impjiegi. Aħna rridu noħolqu job growth f’kompetizzjoni ġusta. Irridu ngħinukom tkunu l-aħjar li tistgħu tkunu.” |
| Fi | tmiem tad-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari qal li “irridu nkomplu nieħdu vantaġġ mill-ħafna opportunitajiet ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea, u programmi bħal dawn iwasslu biex inkunu nafu aktar dwar dawn l-opportunitajiet. Ma rridukomx tkunu produtturi tajbin biss għall-konsumaturi Maltin, iżda rridukom tkunu tajbin biżżejjed biex il-prodotti tagħkom jinxtraw ukoll minn konsumaturi ta’ pajjiżi oħra Ewropej.” |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958