Left arrow Mur Lura

‘STQARRIJA TA' L-IDENTITA` MALTIJA’ - IL-PRESIDENT LILL-ISKOLA TAL-MELLIEĦA

pr0668
Date Icon 04/05/2006
Il-President Eddie FenechAdami, wara li sema' l-istudenti jkantaw l-innu ta' l-iskola Marija Bambina tal-Mellieħa, stqarr li l-innu hu xhieda ta' l-identita’ tagħna l-Maltin: Poplu li jemmen, jemmen li hemm Min iħarisna, Poplu ta' fidi.  Fl-ewwel jum taż-żjara uffiċjali tiegħu fil-Mellieħa, il-President ta' Malta ltaqa' ma' l-istudenti u l-għalliema fejn "deher il-mod kif tfal minn eta` ta` kindergarten ġew mgħallma jintegraw ma’ bosta tfal oħra u jkunu soċjali". L-istudenti ħejjew qari ta' poeżiji, kant u ppreżentaw dramm.
Il-President faħħarl-inizjattiva li fl-skola Marija Bambina, li tħaddan tfal Maltin u tfal b'ġenitur minn tmintax il-pajjiż barrani u allura jitkellmu tmintax il-lingwa differenti, ittella` dramm fuq il-leġġenda tal-Kastell Żammitellu. Intuża l-Malti u wkoll l-Ingliż.  Il-President qal li nitkellmu b'ta` l-inqas zewġ lingwi huwa importanti:  "L-edukazzjoni hi l-qofol għal kull progress". .
Il-President sellemu rringrazzja lill kull min jagħti sehem fil-ħidma ta' l-iskola Maria Bambina: il-Kunsill tal-Ġenituri, Kunsill tat-Tfal, l-għalliema, ħaddiema fl-iskola  u l-Kunsill Lokali.
Il-lejla l-Presidentser jiltaqa' ma' rappreżentanti ta' diversi għaqdiet volontarji, filantropiċi u soċjali tal-Mellieħa fil-Manikata li taqa' taħt l-istess Kunsill Lokali.
Nhar il-Ħadd 7 ta'Mejju, 2006 il-President u s-Sinjura Fenech Admai, ser jiltaqgħu mar-residenti tal-Mellieħa. Iż-żjara tibda b'Quddies tad-8.15 ta' filgħodu fil-Parroċċa. Wara, flimkien mas-Sindku u Kunsillera jkun hemm żjarat lill-każini tal-Baned, l-Għaqda Korali u Orkestrali, iċ-Ċentru Parrokjali, kif ukoll in-nurseries tal-Mellieħa Football Club.
Din hija waħdaminn sensiela ta' żjarat li minn xahar għal ieħor, il-President ta' Malta , qed jagħmel fl-ibliet u rħula ta' Malta u Għawdex.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow