Left arrow Mur Lura

Ftuħ uffiċjali tal-Kulleġġ San Benedittu, Kirkop

pr0666
Date Icon 04/05/2006
Il-PrimMinistru l-Onor. Lawrence Gonzi llum inawgura l-iskola Sekondarja Subien li tinsab f’Ħal-Kirkop u li tifforma parti mill-Kulleġġ San Benedittu.  L-ewwel ġebla ta’ dan il-kulleġġ tpoġġiet fl-20 ta’ Marzu 2003 mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dr. Eddie Fenech Adami.  F’anqas minn sentejn u nofs, f’Settembru tal-2005 din l-iskoka ta’ l-ogħla kwalità laqghet fiha l-ewwel studenti.
Dan huwa t-tielet proġett kbir li ġie nawguratmill-Prim Ministru fl-aħħar xhur. Sadanittant il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) qed ikompli bil-ħidma tieghu f’diversi skejjel biex titwettaq il-mira tal-Gvern li l-iskejjel kollha ta’ l-istat jiġu mmodernizzati u li jinbnew l-iskejjel il-ġodda li hemm bżonn bħala element importanti fit-twettiq tar-riforma edukattiva.
L-iskola fil-Kulleġġ San Benedittu hi mibnijafuq tlett sulari fuq medda t’art ta’ iżjed minn 24 tomna, li 13,000 metru kwadru minnhom huma għar-rikreazzjoni tat-tfal. L-iskola għandha 150 kamra ta’ daqs kbir u arjuzi li huma mqassma hekk: 42 klassi, 35 resource room, 9 laboratorji tax-xjenza, 9 laboratorji għat-teknoloġija, 8 laboratorji għall-komputers kif ukoll internet rooms, kmamar għal business studies, għall-Counselling, Arti, Technical Drawing, PSD, Staff Rooms, Drama u Audio Visual Rooms kif ukoll 16-il kamra għall-amministrazzjoni tal-Kulleġġ, klinika u numru ta’ mħażen.
Kullsular huwa servut b’servizzi faċilitarji, inklużi għal dawk bi bżonnijiet speċjali.  Il-Kulleġġ għandu wkoll żewġ lifts li jservu s-sulari kollha.  Fil-fatt, il-bini ta’ l-iskola jista’ jitqies bħala mill-iżjed aċċessibbli għal dawk bi bżonnijiet speċjali, b’attenzjoni għad-dettal f’diversi affarijiet.  Eżempju: fid-disinji tal-bibien interni kollha ta’ l-iskola, l-għoli mill-art tas-switches u l-kontrolli kollha tad-dawl, u tal-whiteboards fil-klassijiet, sinjali interni li huma ta’ standard internazzjonali għall-użu ta’ persuni neqsin mid-dawl, użu mill-inqas ta’ taraġ u allura ta’ rampi u ħafna affarijiet oħra.
Il-iskolagħandha wkoll erba’ gibjuni li jesgħu mhux anqas minn 800,000 gallun ilma, u nbniet ukoll sub-station għall-provvista ta’ l-elettriku. Ġie stallat ukoll 7-a-side synthetic turf football pitch u athletic track twila 200 metru b’6 lanes.
Saruwkoll diversi xogħlijiet importanti mill-ħaddiema tat-Technical Services Branch tad-Diviżjoni ta’ l- Edukazzjoni bħal m’huma restawr u rrangar ta’ ħitan tas-sejjiegħ, bini ta’ ħitan ta’ lqugħ fil-ground, is-sistema ta’ l-ilma tax-xita fil-ground u fit-track ta’ l-atletika kif ukoll xogħlijiet fuq ix-xelters ta’ żmien il-gwerra u l-Oqbra Paleo-kristjani.
L-iskolagħandha s-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ l-ilma tikkonsisti fi tliet sistemi, wahda li tipprovdi ilma ta’ l-iprem kwalità li jista’ jintuża għax-xorb, u sistema tat-tieni kwalità għall-użu ieħor bħal flushing u ħasil ta’ l-art, u s-sistema tal-irrigazzjoni. L-ilma tax-xorb jiġi mill-Korporazzjoni ta’ l-Ilma. L-ilma tat-tieni kwalità jinġabar minn fuq il-bjut ta’ l-iskola u dak tat-tielet kwalità jinġabar mill-btieħi u mill-grounds tal-kulleġġ.
Għas-sistematal-kompjuters ġiet utilizzata l-aħħar teknoloġija tan-networking, li hija s-sistema Wireless LAN (Local Area Network). B’din is-sistema ġew iffrankati xi 10,000 metru ta’ wires tal-komputers u wieħed jista’ juża l-kompjuters fejn irid ġewwa l-iskola mingħajr bżonn ta’ bdil jew żieda tan-network cables.
Il-binita’ l-iskola huwa wkoll protett mis-sajjetti permezz ta’ gaġġa tar-ram, magħrufa bħala Faraday’s Cage, mifruxa fuq is-saqaf ta’ l-iskola, u tinżel għal 28 earth electrode mifruxin madwar il-bini tal-kulleġġ. Din is-sistema tipproteġi mill-hsara fil-bini u fis-sistemi kollha ta’ l-elettriku u elettronika f’każ ta’ sajjetti.
Id-disinjita’ dawn is-sistemi ta’ l-ilma, tas-sistema ta’ l-elettriku, in-network tal- kompjuters u l-protezzjoni mis-sajjetti saru mill-FTS, filwaqt li l-installazzjoni saret mill-ħaddiema ta’ IPSL, sekondati mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.
Għas-sistematad-dawl ġiet utilizzata l-aħħar teknoloġija, mgħarufa bħala T5 Technology, l-iżjed biex ikun ikkunsmat inqas dawl. Dan sar  kemm għar-raġuni ta’ frankar ta’ spejjeż kif ukoll biex jiġi protett l-ambjent. Is-sistema ta’ l-elettriku fiha wkoll dak kollu li meħtieġ biex tipproteġi lill-istudenti u l-għalliema minn kull riskju ta’ xokk elettriku.
Hemmukoll is-sistema tal-Liquefied Petroleum Gas għall-użu ta’ gass fil-laboratorji tax-xjenza u tat-teknoloġia ta’ l-ikel. Din ġiet iddisinjata ukoll mill-FTS u tikkonsisti f’ħażna ta’ gass taħt l-art li titwassal fil-laboratorji permezz ta’ kanen taħt l-art. Fil-laboratorji hemm sistema ta’ sigurtà li tagħlaq il-gass awtomatikament f’każ ta’ emergenza.
Sistemata’ Fire Alarm ta’ teknoloġija għolja magħrufa bħala Analogue Addressable Fire Alarm System, turi mill-ewwel il-lok eżatt fejn ikun beda il-ħruq. Din is-sistema tikkomunika awtomatikament mal-bibien tal-kuriduri biex dawn jingħalqu waħedhom f’każ ta’ ħruq u tevita li d-duħħan ma’ jiġrix ma’ l-iskola  u hija kkonnettjata mas-sistema tat-telephone li jċempel awtomatikament lil min hu nkarigat f’każ ta’ emergenza. Sistema ta’ Intruder Alarm fl-imkien ma’ sistema ta’ CCTV Cameras tipproteġi l-iskola minn dħul mhux awtorizzat. Is-sistema tat-telefon tipprovdi linja tat-telefon f’kull uffiċċju, klassi jew laboratorju tal-kulleġġ.
Huwata’ sodisfazzjon kbir għall-Gvern, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Ghada li joffru dan il-kulleġġ modern lit-tfal Maltin.  Il-Gvern irid ikompli jaħdem biex aktar skejjel joffru ambjent ta’ l-ogħla kwalità bħall-Kulleġġ San Benedittu u fil-fatt diġa’ beda l-bini ta’ skola ġdida fil-Junior Lyceum tal-Ħandaq u se tinbena wkoll mill-ġdid l-iskola tal-Verdala.  Sadattant għadhom għaddejjin diversi proġetti oħra kbar biex il-kunċett li madwaru nħoloqot “il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada”  jitkompla b’success.
Il-KulleġġSan Benedittu se jkompli jikber fix-xhur li ġejjin fejn fit-tieni fażi se  tinbena Sala, Canteen, changing rooms, u uffiċini ġodda għall-ko-ordinatur tal-Kulleġġ kif ukoll Sports Complex li jkun simili għal dak tal-Kottonera. Dan kollu ser  isir fuq medda ta’ art li tkopri xejn anqas minn 8,500 metru kwadru. Huwa maħsub li x-xogħol jitlesta fi żmien sena u nofs oħra.
Il-Gvern huwa kommess lijkompli bil-ħidma tiegħu sabiex it-tfal filwaqt li jirċievu edukazzjoni ta’ l-ogħla livell, jirċevuha f’ambjent li jixirqilhom “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”.
Il-Kulleġġ SanBenedittu f’Ħal-Kirkop se jkun miftuħ għall-pubbliku nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2006 fejn ser isiru attivitajiet varji organizzati mill-iskola.  L-attivitajiet jibdew fid-09:30 ta’ filgħodu b’quddiesa u jkomplu sal-5.00 ta’ filgħaxija. Kulħadd huwa mistieden jżur il-kulleġġ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow