Ftuħ uffiċjali tal-Kulleġġ San Benedittu, Kirkop
pr0666
04/05/2006
| Il-Prim | Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi llum inawgura l-iskola Sekondarja Subien li tinsab f’Ħal-Kirkop u li tifforma parti mill-Kulleġġ San Benedittu. L-ewwel ġebla ta’ dan il-kulleġġ tpoġġiet fl-20 ta’ Marzu 2003 mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dr. Eddie Fenech Adami. F’anqas minn sentejn u nofs, f’Settembru tal-2005 din l-iskoka ta’ l-ogħla kwalità laqghet fiha l-ewwel studenti. |
| Dan huwa t-tielet proġett kbir li ġie nawgurat | mill-Prim Ministru fl-aħħar xhur. Sadanittant il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) qed ikompli bil-ħidma tieghu f’diversi skejjel biex titwettaq il-mira tal-Gvern li l-iskejjel kollha ta’ l-istat jiġu mmodernizzati u li jinbnew l-iskejjel il-ġodda li hemm bżonn bħala element importanti fit-twettiq tar-riforma edukattiva. |
| L-iskola fil-Kulleġġ San Benedittu hi mibnija | fuq tlett sulari fuq medda t’art ta’ iżjed minn 24 tomna, li 13,000 metru kwadru minnhom huma għar-rikreazzjoni tat-tfal. L-iskola għandha 150 kamra ta’ daqs kbir u arjuzi li huma mqassma hekk: 42 klassi, 35 resource room, 9 laboratorji tax-xjenza, 9 laboratorji għat-teknoloġija, 8 laboratorji għall-komputers kif ukoll internet rooms, kmamar għal business studies, għall-Counselling, Arti, Technical Drawing, PSD, Staff Rooms, Drama u Audio Visual Rooms kif ukoll 16-il kamra għall-amministrazzjoni tal-Kulleġġ, klinika u numru ta’ mħażen. |
| Kull | sular huwa servut b’servizzi faċilitarji, inklużi għal dawk bi bżonnijiet speċjali. Il-Kulleġġ għandu wkoll żewġ lifts li jservu s-sulari kollha. Fil-fatt, il-bini ta’ l-iskola jista’ jitqies bħala mill-iżjed aċċessibbli għal dawk bi bżonnijiet speċjali, b’attenzjoni għad-dettal f’diversi affarijiet. Eżempju: fid-disinji tal-bibien interni kollha ta’ l-iskola, l-għoli mill-art tas-switches u l-kontrolli kollha tad-dawl, u tal-whiteboards fil-klassijiet, sinjali interni li huma ta’ standard internazzjonali għall-użu ta’ persuni neqsin mid-dawl, użu mill-inqas ta’ taraġ u allura ta’ rampi u ħafna affarijiet oħra. |
| Il-iskola | għandha wkoll erba’ gibjuni li jesgħu mhux anqas minn 800,000 gallun ilma, u nbniet ukoll sub-station għall-provvista ta’ l-elettriku. Ġie stallat ukoll 7-a-side synthetic turf football pitch u athletic track twila 200 metru b’6 lanes. |
| Saru | wkoll diversi xogħlijiet importanti mill-ħaddiema tat-Technical Services Branch tad-Diviżjoni ta’ l- Edukazzjoni bħal m’huma restawr u rrangar ta’ ħitan tas-sejjiegħ, bini ta’ ħitan ta’ lqugħ fil-ground, is-sistema ta’ l-ilma tax-xita fil-ground u fit-track ta’ l-atletika kif ukoll xogħlijiet fuq ix-xelters ta’ żmien il-gwerra u l-Oqbra Paleo-kristjani. |
| L-iskola | għandha s-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ l-ilma tikkonsisti fi tliet sistemi, wahda li tipprovdi ilma ta’ l-iprem kwalità li jista’ jintuża għax-xorb, u sistema tat-tieni kwalità għall-użu ieħor bħal flushing u ħasil ta’ l-art, u s-sistema tal-irrigazzjoni. L-ilma tax-xorb jiġi mill-Korporazzjoni ta’ l-Ilma. L-ilma tat-tieni kwalità jinġabar minn fuq il-bjut ta’ l-iskola u dak tat-tielet kwalità jinġabar mill-btieħi u mill-grounds tal-kulleġġ. |
| Għas-sistema | tal-kompjuters ġiet utilizzata l-aħħar teknoloġija tan-networking, li hija s-sistema Wireless LAN (Local Area Network). B’din is-sistema ġew iffrankati xi 10,000 metru ta’ wires tal-komputers u wieħed jista’ juża l-kompjuters fejn irid ġewwa l-iskola mingħajr bżonn ta’ bdil jew żieda tan-network cables. |
| Il-bini | ta’ l-iskola huwa wkoll protett mis-sajjetti permezz ta’ gaġġa tar-ram, magħrufa bħala Faraday’s Cage, mifruxa fuq is-saqaf ta’ l-iskola, u tinżel għal 28 earth electrode mifruxin madwar il-bini tal-kulleġġ. Din is-sistema tipproteġi mill-hsara fil-bini u fis-sistemi kollha ta’ l-elettriku u elettronika f’każ ta’ sajjetti. |
| Id-disinji | ta’ dawn is-sistemi ta’ l-ilma, tas-sistema ta’ l-elettriku, in-network tal- kompjuters u l-protezzjoni mis-sajjetti saru mill-FTS, filwaqt li l-installazzjoni saret mill-ħaddiema ta’ IPSL, sekondati mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni. |
| Għas-sistema | tad-dawl ġiet utilizzata l-aħħar teknoloġija, mgħarufa bħala T5 Technology, l-iżjed biex ikun ikkunsmat inqas dawl. Dan sar kemm għar-raġuni ta’ frankar ta’ spejjeż kif ukoll biex jiġi protett l-ambjent. Is-sistema ta’ l-elettriku fiha wkoll dak kollu li meħtieġ biex tipproteġi lill-istudenti u l-għalliema minn kull riskju ta’ xokk elettriku. |
| Hemm | ukoll is-sistema tal-Liquefied Petroleum Gas għall-użu ta’ gass fil-laboratorji tax-xjenza u tat-teknoloġia ta’ l-ikel. Din ġiet iddisinjata ukoll mill-FTS u tikkonsisti f’ħażna ta’ gass taħt l-art li titwassal fil-laboratorji permezz ta’ kanen taħt l-art. Fil-laboratorji hemm sistema ta’ sigurtà li tagħlaq il-gass awtomatikament f’każ ta’ emergenza. |
| Sistema | ta’ Fire Alarm ta’ teknoloġija għolja magħrufa bħala Analogue Addressable Fire Alarm System, turi mill-ewwel il-lok eżatt fejn ikun beda il-ħruq. Din is-sistema tikkomunika awtomatikament mal-bibien tal-kuriduri biex dawn jingħalqu waħedhom f’każ ta’ ħruq u tevita li d-duħħan ma’ jiġrix ma’ l-iskola u hija kkonnettjata mas-sistema tat-telephone li jċempel awtomatikament lil min hu nkarigat f’każ ta’ emergenza. Sistema ta’ Intruder Alarm fl-imkien ma’ sistema ta’ CCTV Cameras tipproteġi l-iskola minn dħul mhux awtorizzat. Is-sistema tat-telefon tipprovdi linja tat-telefon f’kull uffiċċju, klassi jew laboratorju tal-kulleġġ. |
| Huwa | ta’ sodisfazzjon kbir għall-Gvern, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u għall-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Ghada li joffru dan il-kulleġġ modern lit-tfal Maltin. Il-Gvern irid ikompli jaħdem biex aktar skejjel joffru ambjent ta’ l-ogħla kwalità bħall-Kulleġġ San Benedittu u fil-fatt diġa’ beda l-bini ta’ skola ġdida fil-Junior Lyceum tal-Ħandaq u se tinbena wkoll mill-ġdid l-iskola tal-Verdala. Sadattant għadhom għaddejjin diversi proġetti oħra kbar biex il-kunċett li madwaru nħoloqot “il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada” jitkompla b’success. |
| Il-Kulleġġ | San Benedittu se jkompli jikber fix-xhur li ġejjin fejn fit-tieni fażi se tinbena Sala, Canteen, changing rooms, u uffiċini ġodda għall-ko-ordinatur tal-Kulleġġ kif ukoll Sports Complex li jkun simili għal dak tal-Kottonera. Dan kollu ser isir fuq medda ta’ art li tkopri xejn anqas minn 8,500 metru kwadru. Huwa maħsub li x-xogħol jitlesta fi żmien sena u nofs oħra. |
| Il-Gvern huwa kommess li | jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex it-tfal filwaqt li jirċievu edukazzjoni ta’ l-ogħla livell, jirċevuha f’ambjent li jixirqilhom “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”. |
| Il-Kulleġġ San | Benedittu f’Ħal-Kirkop se jkun miftuħ għall-pubbliku nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2006 fejn ser isiru attivitajiet varji organizzati mill-iskola. L-attivitajiet jibdew fid-09:30 ta’ filgħodu b’quddiesa u jkomplu sal-5.00 ta’ filgħaxija. Kulħadd huwa mistieden jżur il-kulleġġ. |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958