Left arrow Go Back

Jitfakkar il-50 anniversarju tal-promulgazzjoni tal-Ligi dwar is-Sigurta’ Socjali u l-Ligi dwar l-Assistenza Nazzjonali

pr0665
Date Icon 04/05/2006

Nhar il-Ħamis, 4 ta’ Mejju, bdew uffiċjalment iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ħamsin anniversarju minn meta l-Parlament Malti għadda l-Att dwar is-Sigurtà  Nazzjonali u l-Att dwar l-Assistenza Nazzjonali. 

L-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, fetħet wirja li biha ngħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet imħejji għax-xahar ta’ Mejju. Il-Ministru Cristina qalet li “is-soċjetà Maltija u Għawdxija hija waħda mibnija fuq il-kunċett ta’ solidarjetà u inklużjoni soċjali. Aħna kburin ħafna b’dawn il-valuri. Id-diffikultajiet jistgħu jiġu fuq kulħadd, u huwa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li għandu jagħraf dawn il-bżonnijiet u jindirizzhom.” Il-Ministru tat importanza lill-iżvilupp kontinwu ta’ dan id-Dipartiment tul dan l-aħħar nofs seklu u qalet li  dan qatt ma jista’ jieqaf. “Għan-nom tal-Gvernijiet kollha tul is-snin u għan-nom tal-poplu Malti u Għawdxi, nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom biex dan id-Dipartiment seta’ jkun ta’ servizz għall-poplu tagħna.”

Is-Sur Joseph Camilleri, Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, qal li “f’dan iż-żmien li qed niċċelebraw il-50 sena mit-twaqqif  tal-liġijiet soċjali ta’ pajjiżna, tajjeb li nħarsu lura matul dawn il-50 sena li fihom issawret il-Welfare State Maltija, mhux biex niċċelebraw biss, iżda biex nitgħallmu mill-istorja tas-sigurtà soċjali ta’ pajjiżna.”

Preżenti wkoll għall-ftuħ kien hemm is-Sur Joe Ebejer, Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, kif ukoll is-Sur Frederick Amato Gauci li kien id-Direttur ta’ dak li kien magħruf bħala d-Dipartiment ta’ l-Emigrazzjoni, Xogħol u  Welfare Soċjali.

Il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku tul ix-xahar ta’ Mejju fil-bitħa tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, il-belt Valletta. Din il-wirja toffri informazzjoni dwar l-istorja tas-sigurtà soċjali. Hemm ukoll gazzetti ta’ l-epoka u diversi oġġetti li kienu jintużaw f’dan id-Dipartiment tul is-snin. Il-leġislazzjoni, li kienet magħrufa bħala l-Att ta’ l-Assikurazzjoni Nazzjonali, ġiet fis-seħħ fl-1956 u bdiet tipprovdi benefiċċji finanzjarji lill-anzjani, lir-romol, lil min jiżżewweġ, lill-morda, lill-orfni, lin-nies bla xogħol u lil min iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol.  L-Att dwar l-Assistenza Soċjali li ġie fis-seħħ kmieni f’Ġunju ta’ l-1956, ipprovda għall-assistenza soċjali u medika, kemm finanzjarja u mhux.

Is-Sur Camilleri nieda wkoll il-fuljett bl-isem ta’ DSS Link, immirat lejn l-istaff tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan ser joħroġ erba’ darbiet fis-sena.

Is-Sur Camilleri tkellem dwar l-attivitajiet li ser isiru tul ix-xahar ta’ Mejju. Business seminar ta’ ġurnata ser ikun organizzat għall-istaff maniġerjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali nhar il-25 ta’ Mejju 2006 fil-Lukanda Westin Dragonara, San Ġiljan. Il-programm ta’ attivitajiet jintemm b’50th Anniversary Celebratory Concert li ser jittella’ fil-Katidral ta’ l-Imdina, taħt il-patronċinju ta’ l-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, u bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metroplitan tal-Katidral ta’ l-Imdina. Fil-kunċert jipparteċipaw John Aquilina (orgni), Michael Pulis (tromba) u Jacqueline Micallef Grimaud (sopran). Dan il-kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku u dettalji dwaru jitħabbru aktar ’il quddiem.

Fix-xahar ta’ Mejju, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se juża envelopes speċjali u l-istaff kollu tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jirċievu tifkira ta’ din l-okkażjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow