Studenti ta’ l-iSkola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ jipparteċipaw fl-inizjattiva ‘Għid Grazzi’
pr0650
02/05/2006
| “It-tfal | ta’ din l-iskola ħadmu flimkien biex ikomplu jwasslu l-messaġġ tagħna li lkoll irridu niftakru ngħidu “grazzi” lil xulxin. Dan il-messaġġ tgħallmuh it-tfal, u jiena ċert li wassluh ukoll lill-ġenituri taghħhom.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt żjara li għamel fl-iSkola Primarja B ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-istudenti ta’ din l-iskola ħadu nteress fil-kampanja ‘Għid “Grazzi”’, imnedija mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed u għamlu numru ta’ proġetti fl-ogħla klassijiet, biex jagħtu mportanza lil dan il-kunċett. |
| “Il-kampanja | ‘Għid “Grazzi” hi kampanja edukattiva favur li aktar nies jgħidu grazzi, mhux biss minn naħa tan-negozjanti, iżda wkoll minn naħa tal-konsumaturi. Irridu niftakru li min qiegħed fin-negozju jrid ikun ta’ servizz, u mhux qiegħed fin-negozju biex jagħmel profitt biss. Iżjed ma mprenditur ikun ta’ servizz, iżjed ikun qiegħed jaqdi l-iskop soċjali tiegħu. Fuq kollox, negozjant li jagħti servizz tajjeb jista’ jkun żgur li jżomm u jkabbar il-klijentela tiegħu, u b’hekk ikabbar il-bejgħ,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari. |
| “Jiena | ġejt hawn illum biex nirringrazzja lill-istudenti ta’ din l-iskola, li wrew interess, tant li fil-klassijiet tagħhom għamlu proġetti dwar il-kelma “Grazzi” fis-suq.” Fil-fatt, il-progetti li saru mill-istudenti twaħħlu fuq noticeboards fl-iskola, u bihom l-istudenti rringrazzjaw lis-sidien tal-ħwienet tas-servizz li jagħtu. |
L-Onor. Vassallo wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol li sar f’din l-iskola bil-preżentazzjoni ta’ numru ta’ kotba lil dawk il-klassijiet li pparteċipaw fil-proġett għal-librerija tal-klassi. L-Onor. Edwin Vassallo ippreżenta l-kotba lill-Kap ta’ l-iSkola, li akkumpanjatu fiż-żjara tiegħu, li mbagħad qassmet il-kotba lill-għalliema ta’ kull klassi. “Il-ħsieb tagħna fl-ogħti ta’ dawn il-kotba huwa biex inħeġġu aktar tfal jaqraw, biex b’hekk iħaddnu tagħlim ġdid li fl-aħħar mill-aħħar jgħinhom ‘il quddiem fil-ħajja tax-xogħol tagħhom” kompla l-Onor. Vassallo.
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo qal ukoll li “din l-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ hija wkoll waħda mill-iskejjel li s-sena d-dieħla ser tkun qiegħda tintroduċi programm ta’ edukazzjoni fl-imprenditorija li jibda mill-iskejjel primarji, biex b’hekk il-mentalita’ imprenditorjali titkattar minn eta zgħira.” |
| Fi | tmiem iż-żjara, l-Onor. Vassallo rringrazzja għal darb’oħra lill-istudenti għall-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-inizjattiva, u lill-Kap ta’ l-iSkola li qiegħda taħdem biex l-istudenti jibdew japprezzaw dak li jfisser xogħol, partikolarment għal dawk li jaħdmu għal rashom. |
Other Press Releases:
PR261958EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261958