Left arrow Go Back

IMNIEDI ‘SOUVENIR MAGAZINE’ DWAR L-EWWEL FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-LOGHOB TAN-NAR

pr0635
Date Icon 28/04/2006

Il-Festival tal-Logħob tan-Nar din is-sena daħal fil-ħames sena tiegħu. Din is-sena wkoll dan il-Festival qed jingħata dehra internazzjonali bil-parteċipazzjoni ta’ tliet soċjetajiet tan-nar Maltin u żewġ kumpaniji tan-nar barranin. Dan għandu jwassal biex ikun hemm kompetizzjoni u allura prodott aqwa minn qatt qabel. 

It-tliet kmamar tan-nar Maltin li qegħdin jieħdu parti f’dan il-festival Internazzjonali – il-15 ta’ Awissu tal-Mosta, Santa Marija ta’ l-Imqabba u San Mikiel ta’ Ħal-Lija – iddeċidew li jippubblikaw bejniethom ‘souvenir magazine’ għall-okkażjoni.  

Meta nieda dan is-‘souvenir magazine’ il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li f’pajjiżna għandna ħafna dilettanti tal-logħob tan-nar, persuni li jagħtu ħafna mill-ħin liberu tagħhom għal din id-delizzju. Hu qal li l-logħob tan-nar hu sengħa li ilha nieżla minn ġenerazzjoni għall-oħra għal mijiet ta’ snin. Il-Ministru Zammit Dimech żied igħid li l-Maltin li jaħdmu l-logħob tan-nar mhux talli aġġornaw din is-sengħa biex jikkompetu ma’ dilettanti f’pajjiżi oħra iżda kapaċi jipproduċu anke logħob tan-nar li hu superjuri għal dak ta’ ħafna pajjiżi oħra tant li f’kompetizzjonijiet li fihom jieħdu sehem, dejjem jiksbu riżultati mill-aktar pożitivi li jagħmluhom unur u li jagħmlu unur lil pajjiżna. 

“Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar isir immedjatament qabel il-bliet u l-irħula f’pajjiżna jiċċelebraw il-festi tal-qaddisin titulari tagħhom. Iżda minbarra li joffri lill-Maltin u ’l barranin li jkunu fostna togħma ta’ dak li jkunu se jaraw tul ix-xhur kollha tas-sajf, dan il-festival għandu sinifikat ieħor, dak li jfakkar is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Din is-sena qed infakkru t-tieni anniversarju tas-sħubija u għalhekk l-isfond internazzjonali ta’ dan il-festival jinkwadra tajjeb fid-diversità li toffri  l-Unjoni Ewropea b’25 Stat,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura  awgura lit-tliet soċjetajiet Maltin li se jieħdu sehem  f’dan il-Festival, u li qed jippubblikaw dan is-‘souvenir magazin’,   biex mhux biss jagħtuna wirja mill-aqwa ta’ logħob tan-nar iżda biex ukoll  jiksbu r-riżultati li lkoll nixtiqulhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow