Left arrow Go Back

DIRETTIVI TAL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U KULTURA LILL-PBS

pr0628
Date Icon 28/04/2006

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura li huwa responsabbli għall-policies dwar ix-xandir għadu kif ta direttivi lill-PBS Ltd dwar kif il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern għas-sena 2006/2007 għandha tintefaq. Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qiegħed jagħti dawn id-direttivi għall-ewwel darba u għamel hekk wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku, ma’ gruppi differenti u naturalment mal-PBS Ltd. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-għan tad-direttivi huwa li l-pubbliku jieħu l-aħjar servizz mill-flus li joħroġ il-Gvern għax-xandir pubbliku billi dan itejjeb il-livell tal-programmi tiegħu waqt li jibqa’ l-aktar xandar popolari u fdat f’pajjiżna. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li huwa jagħraf u japprezza l-isforzi kbar li qed isiru mill-Bord tad-Diretturi, mill-Bord Editorjali u mill-Management tal-PBS biex titqiegħed fil-prattika il-missjoni ta’ xandara pubblici minkejja diffikultajiet mhux żgħar. Huwa żied igħid li skond studju li Ernst and Young għamlu għall-Ministeru f’Jannar jirriżulta li l-istazzjonijiet tal-PBS għandhom l-akbar udjenzi u jxandru diversi programmi li l-udjenzi jqisuhom bħala programmi ta’ kwalità għolja. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-kontribuzzjoni tal-Gvern tmur fuq programmi meqjusa bħala ta’ extended public service obligation. Hu qal li l-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir tagħmilha ċara li l-Gvern jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għax dawn il-programmi mhux bilfors li jsibu sostenn finanzjarju mis-suq biex isiru. “Il-kontribuzzjoni tal-Gvern qiegħdha biex tagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas tas-suq. L-esperjenza wriet li hemm programmi EPSO li jiffinanzjaw lilhom infushom, u li anke jħallu qligħ għall-PBS li jirnexxielha tbiegħ reklami waqt ix-xandir tagħhom u b’hekk issaħħaħ l-infieq fuq il-programmi EPSO. Għalhekk il-kontribuzzjoni tal-Gvern li tlaħħaq għal Lm500,000 għandha titqies f’dan il-kwadru aktar wiesgħa,” tenna l-Ministru Zammit Dimech.

Il-mira tad-direttivi tal-Gvern hija li n-nofs miljun lira li jagħti l-Gvern jinqasmu b’dan il-mod:   

Programmi EPSO fuq TVM 

o       Programmi tat-tfal: Lm 100,000;

o       Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali: Lm85,000;

o       Programmi edukattivi, kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali: Lm70,000;

o       Programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti: Lm70,000;

o       Drama: Lm50,000;

o       Programmi dwar Għawdex u komunitajiet Maltin barra minn Malta: Lm35,000;

o       Programmi reliġjużi: Lm25,000;

o       Programmi EPSO fuq l-istazzjonijiet tar-radju: Lm55,000; 

Barra minn hekk għall-ewwel darba se jkun hemm fond ta’ kontinġenza ta’ Lm10,000. 

“Id-direttivi tal-Ministeru jirriflettu x-xewqat tal-pubbliku espressi fi stħarriġ kummissjunat apposta mill-Ministeru. Dan l-istħarriġ wera li l-pubbliku jixtieq programmi maqluba (dubbed) għall-Malti u aktar programmi barranin. Għalhekk id-direttivi jitolbu żieda f’dan it-tip ta’ programmi. Jissemmew b’mod partikolari miżuri dwar il-programmi tat-tfal li mill-istħarriġ ħareġ li hemm dubbji dwar il-kwalità tagħhom. Fl-istess direttivi l-Ministeru talab li mill-anqas 50 fil-mija tal-programmi fi prime time u seconda serata jkunu programmi li jidħlu fil-kategorija ta’ servizz pubbliku,” qal il-Ministru Zammit Dimech. 

Kopja tad-Direttivi tista’ tinkiseb mill-website tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura fuq il-link

http://www.tourismandculture.gov.mt/page.asp?p=12007&l=1

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  More than 20 digital gaming and esports companies showcase Malta’s Industry Growth at PLAYCON 2026

PR261958EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-istrateġija tal-2019 qed tħalli l-frott: aktar minn 20 kumpanija tal-logħob diġitali u l-esports irrappreżentati waqt il-ftuħ ta’ PLAYCON 2026

PR261958

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow