Left arrow Mur Lura

Attivitajiet li jgħinu liż-żgħażagħ jitilgħu f’saħħithom

pr0544
Date Icon 09/04/2006

It-tnax-il edizzjoni tal-Pembroke Athleta road races saret il-lum. Dawn it-tiġrijiet jiġu organizzati minn Pembroke Athleta Sports Club bl-appoġġ tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Sport,  tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, u tal-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke u tas-Swieqi.  

Din l-edizzjoni tinkludi tiġrijiet tul ta’ 10 kilometri; ħames kilometri; tliet kilometri u 1.3 kilometri ‘fun run for all’. Dawn it-tiġrijiet daħlu issa fil-kalendarju ta’ attivitajiet tal-Pembroke Athleta Sports Club u jiġbdu lejhom numru kbir ta’ parteċipanti ta’ kull eta’ li l-parteċipazzjoni tagħhom tiġi deċiża skond l-eta’.  

It-tiġrija ‘fun for all’ hi l-aktar popolari u hi miftuħa għal dawk kollha bejn 6 u 66 sena, fejn anzjani u ġenituri jakkumpanjaw lit-tfal żgħar  u fejn animaturi jipprovdu divertiment għal aktar minn siegħa qabel it-tiġrija. 

F’dawn it-tiġrijiet jingħataw għadd kbir ta’ trofej u premjijiet, bil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke jippreżenta x-shield għall-akbar numru ta’ parteċipanti minn skola waħda u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi jippreżenta l-ewwel raġel u mara mil-lokalita’ b’shield kull wieħed. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ippreżenta l-premjijiet lir-rebbieħa. Hu qal li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kif ukoll il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Sport kienu jappoġġjaw attivitajiet bħal dawn għax kienu jemmnu li l-isports kien igħin liż-żgħażagħ jitilgħu aktar b’saħħithom u jbiegħdhom minn dak kollu li seta’ jagħmlilhom il-ħsara. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Pembroke Athleta Sports Club jagħti kontribut importanti biex iż-żgħażagħ ta’ l-inħawi jitilgħu sportivi u biex mill-club joħorġu atleti li jagħmlu ġieħ mhux biss lil dan il-club iżda wkoll lil-lokalita’. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-isport kien ukoll segment importanti fis-settur turistiku li jattira lejn pajjiżna madwar 80,000 turist fis-sena. 

Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lill-Pembroke Athleta Sports Club għall-ħidma tagħhom fost iż-żgħażagħ, lill-organizzaturi u lill-parteċipanti kollha ta’ dawn it-tiġrijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow