Left arrow Mur Lura

L-OBBLIGI TA’ MALTA DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA

pr0537
Date Icon 07/04/2006
Il-Ministeru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent jirreferi għall-azzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-konformità ta’ Malta mad-direttivi dwar it-tibdil tal-klima.
Fir-rigward ta’ l-azzjoniminħabba l-fatt li Malta għadha ma qabbditx ir-reġistru nazzjonali ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra mas-sistema tar-reġistru ċentrali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Ministeru jgħarraf li r-reġistru msemmi mistenni jibda jopera sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Bħal Stati Membri oħra,Malta għandha l-obbligu li tirrapporta b’mod regolari l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra. Dan isir permezz ta’ reġistru nazzjonali kkomunikat direttament mar-reġistru ta’ l-UE. Din is-sistema titħaddem ukoll biex isir it-trading internazzjonali ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra.

Is-software meħtieġ għal dan ir-reġistru nxtara u ġie installat. Dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea bgħatet uffiċjal tekniku biex jara li s-sistema hija kompatibbli u tista’ taħdem b’effiċjenza mas-sistema ta’ l-UE. Bħalissa għaddejjin l-aħħar testijiet tekniċi fuq is-sistema. Ir-reġistru jkun aċċessibbli għall-pubbliku online.

Azzjoni mill-UE qedtittieħed ukoll minħabba li Malta naqset milli tagħti l-informazzjoni fuq il-policies u l-miżuri dwar l-emissjonijiet fil-futur u l-inventarju ta’ l-emissjonijiet li kien hemm fl-2004.
Bħalissa għaddejjinkonsultazzjonijiet ma’ l-entitajiet u l-imsieħba rilevanti u qiegħed jitħejja r-rapport dwar il-policies u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra u jiġi mmonitorjat il-progress li jsir. Qed tinġabar ukoll id-data għall-inventarju ta’ l-emissjonijiet li kien hemm fl-2004.
Kif kien iddikjaratripetutament, il-Gvern Malti jibqa’ impenjat li jonora l-obbligi tiegħu fil-qasam ambjentali u dan jinkludi miżuri kontra t-tibdil fil-klima. Dan l-impenn tal-Gvern Malti kien riaffermat bis-sehem attiv u kontinwu ta’ Malta f’fora internazzjonali. Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea poġġiet fuq pajjiżna responsabbiltajiet u obbligi ġodda u l-Gvern Malti jibqa’ impenjat li jirrispetta dawn l-obbligi fl-interess tal-poplu u l-ambjent.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow