Left arrow Mur Lura

‘Musical’ li jfakkar jum importanti għas-Soċjetà Filarmonika Leone

pr0526
Date Icon 06/04/2006

Fid-29 ta’ April 1956 is-Soċjetà Filarmonika Leone ta’ Victoria Għawdex irregalat l-istatwa devota u artistika ta’ Santa Marija lill-parroċċa ta’ Santa Marija fil-Katidral. Kull sena, fil-15 ta’ Awissu, din l-istatwa toħroġ proċessjonalment mat-toroq tar-Rabat, Għawdex akkumpanjata mill-Banda Leone. 

Biex jitfakkar il-50 anniversarju minn din il-ġrajja, il-parroċċa ta’ Santa Marija fil-Katidral, flimkien mas-Soċjetà Leone, ħejjew programm ta’ attivitajiet reliġjużi u kulturali li jagħlqu fit-30 ta’ April bil-musical ‘1956’ li ser jittella’ fit-Teatru Aurora. Il-versi għal dan il-musical, li  hu marbut ma’ din il-ġrajja, inkitbu minn Gianninu Cremona filwaqt li Mro. Paul Abela ikkompona l-mużika.  

Il-musical, li ser jittella’ fit-30 ta’ April,  hu magħmul minn prologu u ħames xeni marbuta ma’ l-istatwa ta’ Santa Marija u l-Knisja tal-Katidral. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech  nieda dan il-musical  waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Golden Tulip Vivaldi Hotel, f’San Ġiljan. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-festi ta’ l-ibliet u l-irħula tagħna jagħmlu lil Malta aktar Maltija u għalhekk ikabbru l-identità tagħna li tagħżilna minn pajjiżi oħra. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-festi kienu wkoll ta’ attrazzjoni  għall-eluf ta’ turisti li jżuru pajjiżna. Hu qal li llum, li Għawdex hu wieħed mis-seba’ segments turistiċi, b’segment leader għalih, kien jemmen li aktar minn qatt qabel il-festi f’Għawdex kienu mezz biex jiġu attirati aktar turisti lejn il-gżira Għawdxija. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-każini tal-baned f’Għawdex kellhom tradizzjoni qawwija ta’ organizzazzjoni. Hu qal li s-Soċjeta’ Filarmonika ‘Leone’ kellha wkoll it-teatru tagħha fejn jiġu organizzati kull tip ta’ attivitajiet kulturali, fejn jittellgħu opri u fejn anke jinġiebu kantanti popolari barranin. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fil-musical ‘1956’ kienu se jieħdu sehem kantanti mill-aqwa Maltin u Għawdxin u dan kien jawgura tajjeb li l-ispettaklu jkun  wieħed dehen ta’ tifkira hekk importanti għall-parroċċa Santa Marija tal-Katidral u għas-Soċjetà Filarmonika Leone.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow