Left arrow Mur Lura

MALTA TIPPARTEĊIPA F’LAQGĦA TA’ L-UNJONI EWROPEA DWAR IL-KO-EŻISTENZA TA’ GMO’S

pr0525
Date Icon 06/04/2006

Ministri, uffiċjali għoljin, esperti u rappreżentanti ta’ għaqdiet mhux governattivi (NGO’s) mill-Unjoni Ewropea ltaqghu fi Vjenna biex jiddiskutu l-ko-eżistenza ta’ prodotti ġenetikament modifikati (GMO’s) ma’ oħrajn magħmulin b’metodi konvenzjonali u organiċi. 

Malta kienet rappreżentata f’din il-konferenza mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.  Fil-konferenza, li saret fuq inizjattiva ta’ l-Awstrija li bħalissa għandha f’idejha l-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea, ipparteċipaw ukoll il-Kummissarju ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Agrikoltura Marian Fischer-Boel u l-Kummissarju ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Ambjent Stavros Dimas. 

Bosta mill-kelliema saħqu li filwaqt li għandhom jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, partikolarment dawk li għandhom il-forza tal-liġi, il-produtturi kif ukoll il-konsumaturi għandhom dritt għall-għażla.  Madanakollu, din l-għażla trid issir  f’qafas ta’ konsultazzjoni u djalogu wiesgħa u trasparenti ma’ għaqdiet ta’ produtturi u konsumaturi. 

Il-Kummissarju Fischer-Boel qalet li strateġiji effiċjenti u vjabbli biex jassiguraw il-ko-eżistenza huma vitali biex ikun hemm għażla vera bejn produzzjoni ġenetikament modifikata u dik konvenzjonali għall-produtturi u l-konsumaturi. Il-Kummissarju Stavros Dimas stqarr li r-regolamentazzjoni li tiċċertifika l-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti ġenetikament modifikati trid tkun tali li tindirizza l-preokkuppazzjonijiet taċ-ċittadini u anki tipproteġi l-biodiversita’ fl-ambjent naturali. 

Minkejja li l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dejjem kienet kontra l-produzzjoni u l-kultivazzjoni ta’ GMOs f’pajjiżna, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed isegwi b’attenzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u d-diskussjoni fuq dan il-qasam. Malta tibqa’ ssostni li d-diskussjoni dwar il-ko-eżistenza ta’ GMOs u prodotti konvenzjonali għandha ssir b’mod oġġettiv u ’l bogħod minn emozzjoni żejda.   

Malta hija konxja mill-fatt li ċerti pajjiżi Ewropej addottaw distanzi minimi ta’ iżolament bejn għelieqi bi prodotti ġenetikament modifikati u għelieqi bi prodotti konvenzjonali sabiex jiffaċilitaw il-ko-eżistenza.  Mill-banda l-oħra Malta temmen li dan mhux daqstant applikabbli għal pajjiżna minħabba l-qisien ta’ l-għelieqi tal-bdiewa taghna u l-limitazzjonijiet li dawn għandhom.   

Għal dawn ir-ragunijiet il-Gvern Malti jħoss li għandu jibqa’ jadotta l-prinċipju ta’ prekawzjoni u ma jħossx li għandu jbiddel il-pożizzjoni tiegħu.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow