Left arrow Go Back

Servizz addizzjonali għall-viżitaturi tat-Tempji tal-Ġgantija

pr0523
Date Icon 06/04/2006

Fit-Tempji tal-Ġgantija Għawdex, Heritage Malta qed tqiegħed ‘information pod’, l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu li qed ikun stallat f’sit ta’ l-istess aġenzija. Dan l-information pod hu b’sitt lingwi, inkluż il-Malti, u joffri storja ta’ sitt minuti dwar it-Tempji tal-Ġgantija u r-rilevanza tagħhom għall-arkeoloġija Maltija. 

Dan l-information pod ingħata minn Exalta projects, waħda minn żewġ kumpanniji li qed jieħdu sehem fi proġett pilota ta’ audio guides b’diversi lingwi f’siti ta’ Heritage Malta. It-Tempji tal-Ġgantija huma l-iżjed sit kulturali li jżuruh nies. Is-sena li għaddiet żaru dan is-sit 165,000 persuna.  

Il-Gvern identifika t-Tempji tal-Ġgantija bħala priorita’ għal żvilupp. Fil-budget tal-2005 ġew ivvutati Lm100,000 għall-proġett ta’ restawr u riabiltazzjoni tat-Tempji tal-Ġgantija, filwaqt li għal din is-sena ġew ivvutati Lm100,000 oħra. Il-Ministeru għal Għawdex min-naħa tiegħu ġab Lm36,000 f’fondi mill-Fondi ta’ Solidarjeta’. Heritage Malta iffirmat ukoll ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Vodafone Foundation Malta għal madwar Lm80,000 li ser jintużaw għal passaġġi (paced walkways) u pjattaformi li se jiġu ntrodotti fit-Tempji biex ikunu aktar aċċessibbli fl-istess waqt li jiġu rispettati l-aħjar prattiċi ta’ konservazzjoni. 

Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, li kienet preżenti għat-tnedija ta’ dan is-servizz, qalet li l-inizjattiva li ġiet imnedija dalgħodu hija pass ieħor fid-direzzjoni biex il-pakkett turistiku ta’ Għawdex, b’mod partikolari dak marbut mat-turiżmu kulturali, jkompli jissaħħaħ għaliex titjieb l-esperjenza tal-viżitatur waqt il-mawra f’Għawdex. Il-Ministru Debono qalet li t-turiżmu kulturali, specjalment dak marbut mal-wirt storiku, jista’ joffri potenzjal kbir għal Għawdex u fil-fatt, il-Ministeru għal Għawdex, anke b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, qiegħed iwettaq inizjattivi differenti biex anke dan l-aspett jitjieb.   

Il-Ministru Debono qalet li l-introduzzjoni ta’ dan is-servizz fit-Tempji tal-Ġgantija ser tikkumplimenta d-diversi inizjattivi meħudin mill-Ministeru għal Għawdex u minn Heritage Malta, biex il-preżentazzjoni tal-wirt kulturali f’Għawdex titjieb, fosthom ix-xogħlijiet ta’ restawr li saru fuq il-ħajt ta’ l-istess Tempji tal-Ġgantija [u t-twettieq ta’ studju tri-dimensjonali li jkopri s-sit kollu kemm hu], u x-xogħol li għaddej bħalissa fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija.  

Fi ftit xhur oħra dan ta’ l-aħħar ser jospita b’mod permanenti l-fdalijiet uniċi tas-sit preistoriku taċ-Ċirku tax-Xagħra li se jitpoġġew ġo vetrini state-of-the-art li akkwista l-Ministeru għal Għawdex b’Fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan, flimkien mad-diversi interventi fuq monumenti storiċi li wettaq il-Ministeru għal Għawdex matul din l-aħħar sena, fosthom fuq il-kalkara tal-ġir f’Ta’ Sannat u l-istatwa ta’ Sant’Indrija fix-Xlendi filwaqt li anke bħalissa qed tissokta l-ħidma fuq is-swar taċ-Ċittadella. 

Il-Ministru għal Għawdex uriet l-apprezzament tagħha lejn Heritage Malta għall-impenn li turi lejn il-wirt storiku f’pajjizna filwaqt li tenniet il-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex lil din l-aġenzija nazzjonali biex il-wirt storiku fil-gzira t’Għawdex ikompli jingħata l-importanza meħtieġa. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow