Left arrow Mur Lura

IL-PARKEĠĠ TAD-DIVIŻJONI TA’ L-EDUKAZZJONI

pr0522
Date Icon 06/04/2006

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jirreferi għall-Konferenza Stampa mogħtija mill-Kunsill Lokali tal-Floriana, li fiha kien allegat li d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni okkupat b’mod illegali parkeġġ fuq wara tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni (magħruf bħala t-Trunċiera tat-Tramuntana).

Fil-fatt l-art in kwestjoni hi taħt ir-responsabbiltà tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, li għandha l-permessi kollha meħtieġa tal-MEPA sabiex tintuża għall-parkeġġ. Il-pjanti li fuqhom ħarġu l-permessi jagħmluha ċara li l-parkeġġ huwa riservat għad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet huma bla bażi.

Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qed tuża dan il-parkeġġ bħala parti mill-Green Travel Plan li jimxi mal-politika tal-Gvern. Mhux minnu li l-grada tingħalaq wara l-ħin tax-xogħol. Il-grada tinżamm miftuħa wara l-ħin tax-xogħol u s-Sibt u l-Ħadd, il-ġurnata kollha ghall-pubbliku in ġenerali.

Dan il-parkeġġ mhux qed jieħu post il-komunità kif ġie allegat. Il-parkeġġ f’din in-naħa, li hu ’l bogħod sew mill-qalba tal-Floriana, dejjem intuża minn dawk li jżuru l-Belt Valletta minn lokalitajiet oħra ta’ Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow