Left arrow Go Back

IL-LAQGĦAT TAL-PRESIDENT FI STRASBOURG

pr0521
Date Icon 06/04/2006

Il-President ta’ Malta, Dr. Eddie Fenech Adami llum itemm iż-żjara tiegħu fi Strasbourg fejn indirizza bil-Malti l-Parlament Ewropew nhar il-Erbgħa, 5 ta’ April, 2006. 

Il-President Fenech Adami u l-President Borrell Fontelles, taw konferenza stampa konġunta hekk kif intemm id-diskors, li għaliha attendew numru ta’ ġurnalisti Maltin li kienu l-mistiedna tal-Parlament Ewropew, kif ukoll oħrajn barranin.  

Fi Strasbourg il-President kellu laqgħat ma’ Josep Borrell Fontelles, il-President tal-Parlament Ewropew, Javier Solana, Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurta’ ta’ l-Unjoni Ewropea u mas-Sindku  ta’ Strasbourg, is-Senatur Fabienne Keller. 

Il-President iltaqa` ukoll mal-ħames Membri tal-Parlament Ewropew Maltin, John Attard-Montalto, Simon Busuttil, David Casa, Louis Grech u Joseph Muscat. 

Numru kbir ta’ ħaddiema Maltin li jaħdmu fil-Parlament Ewropew kellhom l-opportunita` jiltaqgħu mal-President fi tmiem il-laqgħat uffiċjali. 

Il-President jasal Malta llum wara nofsinhar.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow