Left arrow Mur Lura

“Il-kwalita’ tas-servizz li nagħtu trid tkun mill-aqwa, u biex dan iseħħ, irid ikun hemm komunikazzjoni tajba.” – Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0520
Date Icon 05/04/2006

“Il-komunikazzjoni hija l-qofol tas-servizz.  Biex nagħtu servizz tajjeb irridu nkunu nistgħu nikkomunikaw mal-klijenti tagħna.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan lil numru ta’ studenti preżenti għal laqgħa fl-Institute for Tourism Studies (ITS).   

Din il-laqgħa saret fuq stedina ta’ membri tal-Kunsill ta’ l-iStudenti ta’ din l-iskola, li, wara t-tnedija mis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed tal-kampanja “Għid Grazzi”, li saret fl-istess istitut madwar xahar ilu, xtaqu li jkollhom laqgħa mas-Segretarju Parlamentari biex ikunu jistgħu jiddiskutu numru ta’ issues. 

Waqt il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo heġġeġ lill-istudenti biex jipparteċipaw fid-diskussjoni, u beda jistaqsi lill-istudenti dwar f’hiex jaħsbu li jikkonsisti servizz.  L-Onor. Vassallo qal li l-elementi li jagħmlu servizz fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għal element wieħed, li hija l-komunikazzjoni.  Jekk ma jkunx hemm komunikazzjoni bejn min qiegħed jagħti servizz u min ikun qiegħed jinqeda, allura s-servizz li jingħata ma jkunx tal-kwalita’ mixtieqa.   

Is-Segretarju Parlamentari qal li “l-akbar problema f’pajjiżna mhix it-turiżmu, iżda hi l-komunikazzjoni.  Hemm bżonn ta’ communication skills aħjar fil-ħwienet tas-souvenirs, fil-bars, fir-ristoranti u fil-lukandi.  Jekk persuna tinqeda tajjeb minn ġo ħanut, jew għal kwalunkwe servizz, allura dik il-persuna tkun klijent mirbuħ.” 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo staqsa ħafna mistoqsijiet lill-istudenti, biex iqanqal il-ħsieb fuq is-suġġett.  Huwa qal “aħna niedejna kampajna “Għid Grazzi”, iżda issa kif ser nikkomunikaw biex mhux biss ngħidu grazzi?  Mingħajr komunikazzjoni s-servizz qatt ma jista’ jeżisti.” 

L-Onor. Vassallo ħeġġeġ lill-istudenti biex jaħsbu fuq dan il-kunċett u biex josservaw dak li jiġri madwarhom u jaraw jekk fil-fatt hux qed ikun hemm komunikazzjoni.  “Il-kunċett ta’ “Għid Grazzi” huwa l-ewwel pass fit-triq biex inkunu nistgħu nikkomunikaw aħjar.  Intom il-mexxejja ta’ għada, u nawgura li tibqgħu tħaddnu dan il-kunċett, u meta intom tkunu parti mill-industrija ta’ l-ospitalita’ tiftakru fl-importanza tal-komunikazzjoni” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow