KONĊESSJONI ĠDIDA FIR-RIGWARD TA’ L-IMMANIĠĠJAR TAL-MERKANZIJA FIL-PORT TAL-BELT VALLETTA
Il-bieraħ, it-Tnejn 3 ta’ April 2006, wara li fl-4:00 pm għalaq iż-żmien meta kellhom jiġu sottomessi r-risposti għas-sejħa għat-tenders fir-rigward tal-konċessjoni ġdida wara Lulju ta’ l-2006 għall-immaniġġjar tal-merkanzija fil-Port tal-Belt Valletta, kienu dawn il-ħames kumpaniji li, sal-ħin indikat, tefgħu d-dokument tat-tender.
| a) | Kuwait & Gulf Stevedoring Company Ltd |
| b) | La Valletta Terminal Co (Malta) Ltd – Salv Bezzina and Sons Ltd, Salvu Meli and Sons Ltd u s-Sur Joseph Paris. |
| c) | Malta Ports Terminals Limited |
| d) | TF Shipping Agencies Limited – Tumas Group Company Ltd, Portek Ports (Mauritius) Ltd, Portek International Ltd |
| e) | The Malta Services Consortium – Hili Company Limited, GWU Holdings Ltd, PW Investments plc |
Id-dokumenti nfetħu fl-4.00 p.m. fil-Board Room ta’ l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta fil-preżenza tan-Negotiating Team kollu, komposta minn Dr Marc Bonello, is-Sur Louis Cilia u s-Sur Sonny Portelli.
Kienu preżenti wkoll is-Sur Charles Schembri, Direttur Eżekuttiv tal-Portijiet fl-Awtorita’ Marittima, u diversi rappreżentanti ta’ kumpaniji li ssottomettew risposti għas-sejħa għat-tenders.
Issa ser jibda l-proċess ta’ evalwazzjoni tad-dokumenti sottomessi li se jwassal għall-għażla finali ta’ l-operatur, li għandu jmexxi l-Port tal-Belt Valletta f’Lulju ta’ l-2006 meta tispiċċa l-konċessjoni preżenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en