Left arrow Mur Lura

SFIDA TRI-DIMENSJONALI  FL-EDUKAZZJONI

pr0506
Date Icon 03/04/2006

“L-edukazzjoni qed taffaċja sfida bi tliet dimensjonijiet – kulturali, kwalitattiva u strutturali.”  Dan kien il-messaġġ tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea, meta dalgħodu fid-Dolmen Hotel, indirizza l-Kungress ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kapijiet ta’ skejjel Lassaljani (ASSEDIL). 

Għall-Kungress qed jattendu fuq mija u tletin delegat minn diversi pajjiżi Ewropej.  Id-De La Salle Brothers fetħu l-ewwel skola tagħhom f’Bormla fl-1903, aktar minn mitt sena ilu. 

Il-Ministru Louis Galea qal li dimensjoni mportanti li qed taffaċja s-sistema edukattiva hija dik kulturali.  “Filwaqt li sa ftit snin ilu l-edukazzjoni f’Malta riedet tirrispondi għal soċjetà omoġenea, issa irridu nirrispondu għall-bżonnijiet ta’ soċjetà fejn qed jitħalltu valuri, twemmin u etnija differenti.” 

“L-isfida ta’ l-edukazzjoni hi kif ser tlaqqam lil ġenerazzjoni tat-tfal tal-lum u ta’ għada bil-valuri ta’ l-identità Maltija f’soċjetà multi kulturali.”  Il-Ministru Galea fisser li f’soċjetà li qed tgħix taqlib kbir, qed tikber ħafna r-responsabbilità tas-sistema edukattiva li teduka lill-istudenti jagħrfu u jħaddnu punt fondamentali ta’ riferenza spiritwali u etika biex iċ-ċittadini żgħażagħ tal-lum u ta’ għada ma jgħerqux fil-baħar imqalleb tar-relattiviżmu.    

“Dan mhux argument sempliċiment spiritwali skond it-twemmin ta’ dak li jkun.  Bażi etika għall-ħsieb u l-azzjoni ta’  kull individwu għandha mpatt kbir fuq l-iżvilupp soċjo-ekonomiku u ambjentali ta’ kull soċjetà”, sostna l-Ministru Louis Galea. 

Dimensjoni oħra ta’ l-isfida edukattiva hi kwalitattiva.  “Soċjetà mibnija fuq l-għerf u l-intelliġenza tinħtieġ edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd.  Biex naslu ħalli nassiguraw kwalità aħjar tat-tagħlim u s-servizzi edukattivi niddependu fuq il-kwalità tal-Kapijiet u l-għalliema, u fuq sistemi ta’ verifika  u assikurazzjoni tal-kwalità ta’ dak kollu li jsir fil-livell ta’ l-iskola u fil-livell nazzjonali.”   

Il-Ministru Galea fisser li f’miżura kbira din il-kwalità tiddependi mill-kwalità tal-vokazzjoni u tal-preparazzjoni ta’ l-edukaturi f’kull qasam u livell. 

It-tielet dimensjoni ta’ l-isfida edukattiva hi l-iżviluppi meħtieġa fl-istrutturi, l-organizazzjoni u l-għodda għal tagħlim effettiv fl-iskejjel.   

“Żvilupp importanti li qed jipproponi l-Gvern hu t-twaqqif ta’ numru ta’ Kulleġġi awtonomi li jiġbru fihom l-iskejjel tal-kinder, primarji u sekondarji.  Minn naħa l-oħra, ser jitwaqqaf Direttorat li x-xogħol tiegħu hu li jiffoka fuq l-istandards u l-kwalità fit-tagħlim tat-tfal u l-istudenti,” temm jgħid il-Ministru Galea. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow