Left arrow Go Back

L-GĦAQDIET VOLONTARJI  JOĦOLQU L-IDENTITA’  -  IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA MA’ GĦAQDIET VOLONTARJI FIL-MOSTA

pr0494
Date Icon 31/03/2006

“L-għaqdiet fil-komunita` joħolqu identita’ fil-lokalita`, li tirrifletti wkoll dik tal-Poplu kollu Malti.”  Dan kien l-kumment tal-President ta’ Malta, Dr Eddie Fenech Adami  nhar il-Ħamis 30 ta’ Marzu fil-ftuħ tal-laqgħa tiegħu ma’ sebgħa u għoxrin għaqda volontarja fil-Mosta. Din kienet it-tieni parti tal-programm uffiċjali tal-President fil-Mosta fejn kellu l-opportunita’ jisma r-rappresentanti tal-għaqdiet jispjegaw l-għanjiet u ħidmiet li jwettqu fil-komunita’ Mostija.  

Il-President qal li fil-kariga tiegħu jħoss id-dmir li għandu jkun viċin in-nies.  Permezz ta’żjarat li jagħmel fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex jfittex li jippromwovi wkoll l-identita` tal-pajjiż.  

Il-President Fenech Adami qal li l-għaqdiet fil-komunitajiet għandhom funzjoni oħra importanti.  Huma joħolqu demokrazija parteċipattiva, għal soċjeta` ċivili magħquda fl-organizazzjonijiet volontarji diversi.                                   

Il-President filwaqt li esprima il-pjaċir tiegħu għan-numru kbir ta’ attendenza,  sostna li l-laqgħa  kienet indikazzjoni li l-Mosta għandha komunita’ ħajja. Minkejja li kull għaqda għandha skop partikolari, fl-istess ħin tħaddan skop ewlieni: dak li joħolqu soċjeta’ ferħana.  

Il-President Fenech Adami żied jgħid li l-Poplu Malti għandu karatteristika ewlenija,  jifhem il-bżonn ta’ solidarjeta` li titwassal wkoll permezz ta’ għaqdiet volontarji.

Filwaqt li l-President ta’ Malta iddeskriva din il-laqgħa bħala waħda verament pożittiva, feraħ lill-Kunsill tal-Mosta li rnexxielu  jikkoordina laqgħa għal numru tant kbir ta’ għaqdiet Mostin.  

Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Marzu, l-President żar tlett skejjel fil-Mosta u ser jgħalaq iż-żjara tiegħu fil-lokalita` nhar il-Ħadd 2 ta’ Marzu tul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, meta flimkien mas-Sinjura Fenech Adami ser jiltaqgħu mar-residenti Mostin f’diversi attivitajiet.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow