Konferenza dwar l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli fil-Gżejjer Maltin
pr0493
30/03/2006
| Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli se torganizza | konferenza nazzjonali biex tiddiskuti u tgħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli fil-Gżejjer Maltin. |
| Il-konferenza se tkun indirizzata mill-Prim Ministru | Lawrence Gonzi u mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino. Matul il-konferenza ser ikun hemm preżentazzjoni minn Matthew Quinn, Kap ta' l-iStrategic Policy ta' l-Assemblea tal-Gvern ta' Wales, li huwa responsabbli mill-aġenda strateġika ġenerali tal-Gvern ta’ Wales. |
| Il-konferenza se tkun tinkludi għadd ta’ panel | sessions u wara diskussjoni miftuħa fuq it-taqsimiet differenti ta’ l-istrateġija, li jinkludu l-iżvilupp ekonomiku u l-promozzjoni ta’ l-impjiegi, il-ħarsien ta’ l-ambjent, il-koeżjoni soċjali u l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija. |
| Il-konferenza se ssir | fis-Sala Michel’Angelo Grima, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta , nhar is-Sibt, 22 ta’ April, 2006 bejn id-9.00 a.m. u l-5.00 p.m. |
Il-parteċipazzjoni hija miftuħa għal kulħadd u bla ħlas. Min jixtieq jattendi għandu jikkuntattja lil Ms Diane Mifsud, fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, Barriera Wharf , Valletta . L-applikazzjoni tista’ wkoll tintbagħat bil-fax fuq in-numru 22952231, jew tista’ tirreġistra online fuq www.mrae.gov.mt/ncsdform.asp.
Other Press Releases:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en